Referenza: 78/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
24/05/2002
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT
Partijiet
IL-PULIZIJA vs AQUILINA NICHOLAS, DIMECH SAVIOUR, AGIUS CARMELO
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KOMPLICITA`, INKLUZA FL-AKKUZA TAR-REAT - KOMPLICITA`, PRESENZA TA` PERSUNA FUQ IL-POST TAD-DELITT FIL-HIN TAL-KOMMISSJONI TIEGHU - PROVA, KONFESSJONI TA` L-IMPUTAT - TENTATTIV, INKLUZ FL-AKKUZA TAR-REAT KONSUMAT
Fil-Qosor
Kif jipprovdi l-Arikolu 661 tal-Kodici Kriminali, konfessjoni ma taghmilx prova hlief kontra minn jaghmilha, u mhix ta' pregudizzju ghal ebda persuna ohra.

Persuna li tigi akkuzata quddiem il-Qorti tal-Magistrati bhala awtur ta' delitt, tista' tinstab minn dik il-qorti hatija sia ta' komplici f'dak id-delitt kif ukoll hatja biss ta' tentattiv ta' dak id-delitt. Din hija l-linja li dejjem hadu l-Qrati ta' Gustizzja Kriminali taghna; u kienet tkun sitwazzjoni pjuttost stramba, jekk mhux addirittura assurda, li kieku filwaqt li fil-procedura solenni tal-guri persuna li tkun akkuzata bhalal-awtur ta' reat tista' tinstab hatja bhala komplici f'dak ir-reat jew hatja ta' tentattiv ta' dakir-reat, fil-procedura essenzjalment "sommarja" quddiem il-Qorti tal-Magistrati bhala Qorti ta' Gudikatura Kriminali tali possibilita` ma kientx tezisti..

Huwa veru li l-presenza ta' persuna fuq il-post tad-delitt u waqt li jkun qed jigi kommess id-delitt tista' tammonta ghall-komplicita` f'dak id-delitt kemm-il darba jkun jirrisulta li bejn dik il-persuna u l-awtur tad-delitt kien hemm il-hsieb komuni li jsir dak id-delitt, u li l-presenza ta' dik il-persuna effettivament assistiet lill-awtur, anke jekk biss moralment, biex iwettaq dak id-delitt.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni