Reference: 22/2002/1

Judgement Details


Date
16/05/2002
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
GALEA DEBONO JOSEPH
Parties
IL-PULIZIJA (SPETTUR) S. GATT vs SILVIO BUTTIGIEG
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
PROVA, APPREZZAMENT TAL-QORTI TAL-APPELL - PROVA, KONFESSJONI TA` L-IMPUTAT
Summary
In kwantu jirrigwarda l-apprezzament tal-provi maghmul mill-Qorti tal-prim'istanza, il-Qorti ittenni li dak li japplika fil-kaz ta' appelli intavolati minn akkuzati li jkunu misjuba hatja mill-ewwel Qorti ghandu japplika ugwalment ghall-appelli intavolati mill-Avukat Generali, fis-sens li din il-Qorti ma ghandix tiddisturba id-decizjoni tal-ewwel Qorti dwar apprezzament tal-provi mismugha minnha u traskritti, sakemm tali konkluzzjoni ma tkunx tidher li hija "unsafe and unsatisfactory" . Dan hu kriterju li din il-Qorti qed issegwi fil-kaz ta' appelli mill-persuna dikjarata hatja u hu ekwu u gust li dal-principju japplika fil-kaz ta' appelli mill-prosekuzzjoni ukoll.

Illi skondl-art. 658 tal-Kodici Kriminali kull haga li l-imputat jistqarr, sew bil-miktub kemm ukoll bil-fomm,tista tittiehed bi prova kontra min ikun stqarrha, kemm il-darba jinsab li din il-konfessjoni gietmaghmula minnu volontarjament u ma gietx imgieghla jew mehuda b'theddid, jew b'biza', jew b'weghdietjew bi twebbil ta' vantaggi. L-art. 659 (2) umbaghad jiddisponi li fejn tkun tnizzlet konfessjonibil-miktub, xejn ma jimpedixxi li tittiehed bhala prova kull konfessjoni ohra bil-fomm li tkun saretqabel jew wara. Umbaghad skond l-art. 638 (2) ix-xiehda ta' xhud biss, jekk emmnut minn min ghandu jiggudika fuq il-fatt, hija bizzejjed biex taghmel prova shiha u kompluta minn kollox, daqs kemm kieku il-fatt gie ippruvat minn zewg xhieda jew aktar.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info