Referenza: 97/2011

Dettalji tas-Sentenza


Data
08/05/2014
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
MALLIA MICHAEL
Partijiet
IL-PULIZIJA vs ZARB MICHAEL
ECLI
ECLI:MT:AKI:2014:87740
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
NULLITA SENTENZA
Fil-Qosor
Dan kien appell dwar in-nullità tas-sentenza peress illi minkejja illi l-appellat ammetta l-akkuzi kollha migjuba kontra tieghu, l-ewwel Qorti ma semmietx l-artikolu 87 tal-Kap. 9 li huma cirkostanziaggravanti ghall-artikolu principali ta' sekwestru tal-persuna, l-artikolu 86 tal-istess Kap. 9.
Il-Qorti sabet illi l-artikolu 87 tal-Kap. 9 ma kienx imsemmi izda l-artikolu principali tas-sekwestru tal-persuna kien msemmi fis-sentenza originali u l-Qorti ghaddiet biex tikkwota l-bqija tal-artikoli. L-artikolu 382 tal-Kap. 9 jiddispondi illi, “Il-Qorti, meta taghti s-sentenza kontra l-imputat,ghandha tghid il-fatti illi taghhom dan ikun gie misjub hati, taghti l-piena u ssemmi l-artikolu ta' dan il-kodici jew ta' kull ligi ohra li tkun tikkontempla r-reat.” Huwa veru illi l-appellat ma kienx addebitat biss bis-sekwestru tal-persuna kif kontemplat fl-artikolu 86 tal-Kap. 9 izda ukoll bl-aggravju tieghu skont l-artikolu 87(1)(g). Il-Qorti però deherilha illi minkejja illi l-ewwel Qortima ikkwotatx dan l-ahhar artikolu ma jfissirx illi s-sentenza taghha kienet nulla. Ic-cirkostanzi aggravanti jirreferu dejjem ghar-reat principali li huwa dak 86 tal-Kap. 9 li gie msemmi mill-Qorti tal-Magistrati fis-sentenza taghha. Il-Qorti tal-Appell Kriminali dehrilha illi n-nuqqas tal-ewwel Qorti kien “lapsus” illi seta' jigi evitat u l-Qorti messha qaghdet aktar attenta li tikkwota ukoll l-artikolu tac-ciskostanzi aggravanti. Però b'daqshekk ma jfissirx illi s-sentenza tal-ewwel Qorti kellha tigi dikjarata nulla meta wara kollox, semmiet l-artikolu li ikkontempla r-reat. Ir-reat proprjahuwa kontemplat fl-artikolu 86 u mhux fl-artikolu 87. Kwindi ghall-fini ta' l-artikolu 382 l-ewwel Qorti mxiet skont id-dettami tal-istess artikolu meta ikkwotat l-artikolu tal-ligi li jikkontempla r-reat.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni