Reference: 45/2012/1

Judgement Details


Date
02/12/2013
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
CUSCHIERI NOEL, AZZOPARDI JOSEPH, ZAMMIT MC KEON JOSEPH
Parties
GRIMA PHILIP vs AVUKAT GENERALI
ECLI
ECLI:MT:KOS:2013:84737
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
REKUZA
Summary
Illi f'dan il-kaz giet diskussa r-rekuza ta' Mhallef. Il-Qorti qalet illi fl-ordni guridiku ta' Malta ma hemmx il-ligi tal-precedent, jew dak paralleli tal-istare decis u ghalhekk ma hemm xejn x'jostali dik l-istess Qorti, presjeduta mill-istess Imhallef tippronunzja ruhha mod iehor f'kaz iehor lighalkemm separat ghandu fatti simili. Dan japplika b'aktar qawwa meta l-Qorti li tkun ppronunzjat ruhha tkun wahda tal-prim istanza. Ghalhekk l-istess Imhallef jista' jkollu ripensament fuq punti ta' ligi maghmula f'kazijiet precedenti, u jiddeciedi mod iehor fil-kaz li jkollu quddiemu.

Danjapplika b'aktar qawwa meta l-Qorti, tkun komposta kolleggjalment, fejn allura, mhux eskluz li Imhallef ibiddel fehmtu dwar punt ta' ligi, wara, konsiderazzjoni tas-sottomissjonijiet maghmula fl-istadju ta' appell, u wara li l-kaz ikun gie kolleggjalment diskuss mal-Imhallfin l-ohra qabel ma tinghata s-sentenza.

Inoltre, huwa relevanti li, apparti mill-fatt li l-partijiet fiz-zewg kawzi kienu differenti, kif ukoll huwa differenti l-fond u l-valur tieghu, inkluz dak lokatizju, iz-zewg kawzi gew decizi minn Imhallfin differenti, li waslu ghall-istess konkluzjoni wara indikazzjoni tal-konsiderazzjonijiet maghmula minnhom.

Ghalhekk fil-kaz odjern ma setax validament jinghad li, il-fatt li l-Imhallef Caruana Demajo kien wiehed mill-membri komponenti l-Qorti Kostituzzjonali fil-kawza Perit Joseph Barbara, idghajjef l-imparzjalita` tal-Qorti, la oggettivament u wisq anqas soggettivament. Il-biza' jew id-dubju tar-rikorrent ma setax jitqies bhala “objectively justified”.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info