Referenza: 236/2012

Dettalji tas-Sentenza


Data
04/10/2013
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
QUINTANO LAWRENCE
Partijiet
IL-PULIZIJA vs SULTANA NICHOLAS
ECLI
ECLI:MT:AKI:2013:83255
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
NOTIFIKA TA ATT GUDIZZJARJU
Fil-Qosor
Gie sottomess f'dan il-kaz li l-Qrati huma marbuta li jaghtu digriet formali biex notifika ssir waral-hinijiet legali.
Minn ezami tal-artikoli 363 u 364 tal-Kap 9, ma tirrizulta ebda nullita' jekkma jsirx xi digriet dwar notifika li ghandha ssir wara l-hin. Anzi l-artikolu 364 jghid hekk:

‘'364. Meta l-kaz ma jkunx irid dewmien, il-persuna tista' tigi mharrka biex tidher minnufih jewf'hin fiss dak in-nhar stess. Jekk din il-persuna tonqos li tidher, hija tista' tigi, b'mandat tal-qorti, arrestata u mressqa quddiemha.'

Barra minn dan, illum il-gurnata il-kawzi kollha jridu jinqatghu mill-aktar fis u ghalhekk huwa f'idejn id-diskrezzjoni tal-Qorti li tiddeciedi jekk kazjinhtigx li jinstema' bla dewmien jew le. Zgur li l-kwistjoni ta' hemmx bzonn li kaz jinstema' malajr mhux qieghed f'idejn l-imputat jew l-appellant. Dawn qeghdin hemm biex jobdu l-ordnijiet tal-Qorti u mhux biex jiddeterminaw tali kwistjonijiet. Hija l-Qorti lit rid tara meta ghal xi raguni imputat ma jkunx notifikat bl-ewwel dehra, jekk ghandhiex tiehu passi sabiex ghas-seduta ta' wara l-imputat ikun debitament notifikat.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni