Reference: 7/2012/1

Judgement Details


Date
10/06/2013
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
CAMILLERI SILVIO, CARUANA DEMAJO GIANNINO, CUSCHIERI NOEL
Parties
SAMMUT GEORGE vs L-AVUKAT GENERALI
ECLI
ECLI:MT:KOS:2013:82457
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
AMMISSIBILITA TA PROVI
Summary
L-ammissibilita` tal-provi hija materja primarjament rimessa ghar-regolamentazzjoni tal-ligi ordinarja tal-pajjiz u bhala regola generali l-evalwazzjoni tal-evidenza tispetta lill-qrati kompetenti ta'gurisdizzjoni ordinarja ghalkemm ma hux eskluz li eccezzjonalment jista' jkun hemm cirkostanzi li jinducu li il-Qorti tasal ghall-konkluzjoni li n-nuqqas li jinstema' xhud ma jkunx konsistenti mal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni jew mal-Artikolu 39 tal-Kostituzzjoni. Taht l-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoniu l-Artikolu 39(1) tal-Kostituzzjoni l-kompitu tal-Qorti hu li tezamina jekk il-proceduri mehudin fil-kompless taghhom, inkluz il-mod kif ikunu ngabru l-provi, kienux xierqa fis-sens tal-istess artikolu, ghalkemm jista' wkoll ikun il-kaz li aspett jew nuqqas partikolari jkun tant determinanti ghall-ezitu tal-kawza li jkun bizzejjed sabiex minhabba fih wahdu l-Qorti ssib nuqqas ta' smigh xieraq. Inoltre, l-Istat ghandu latitudini akbar fil-mod kif jittratta kawzi civili milli ghandu meta jkun qieghed jittratta minn kawzi kriminali. B'danakollu, il-principju tal-equality of arms li jiddetta lijinzamm bilanc xieraq bejn il-partijiet fil-kawza japplika kemm fil-kawzi civili kif ukoll f'dawk kriminali. Dan il-principju jimplika li kull parti ghandu jkollha l-opportunita` ragjonevoli li tipprezenta l-kaz u l-provi taghha taht kundizzjonijiet li ma jqeghduhiex fi zvantagg fil-konfront tal-parti l-ohra. Inoltre l-partijiet ma ghandhomx dritt assolut li jipproducu xhieda fil-Qorti u s-smigh ta' xhud irid ikun necessarju biex jghin li tinkixef il-verita`; barra minn hekk il-parti anqas ma ghandha dritt illimitat li taghmel id-domandi li trid lil xhud li jigi prodott. Ghalhekk ma hux bizzejjed li l-parti turi li ma thallietx taghmel domandi lil xi xhud izda trid turi wkoll li s-smigh tax-xhud kien necessarju ghall-accertament tal-verita` u li n-nuqqas li jithalla jaghmel domandi lix-xhud kien ta' pregudizzju ghalih fil-proceduri relevanti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info