Reference: 33/2002/1

Judgement Details


Date
24/04/2002
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT
Parties
IL-PULIZIJA (SPT. R. D'ANASTASI) vs CILIA DONALD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
GEBEL, TFIEGH TA` - SENTENZA, INDIKAZZJONI TAL-ARTIKOLU LI JIKKONTEMPLA R-REAT - SENTENZA, NULLITA` TA`
Summary
L-indikazzjoni zbaljata ta' l-artikolu tal-ligi li jikkontempla r-reat li tieghu persuna tkun giet misjuba hatja gie dejjem ekwiparat fil-gurisprudenza ta' din il-Qorti man-nuqqas ta' tali indikazzjoni ghall-finijiet tal-Artikolu 382 tal-Kodici Kriminali. Tali nuqqas jammonta ghal nuqqas ta' formalita` sostanzjali fis-sens tas-subartikolu (3) ta' l-Artikolu 428 tal-Kodici Kriminali, bil-konsegwenza li l-Qorti ta` l-Appell thassar is-sentenza ta' l-ewwel qorti u tghaddi biex tiddeciedi l-kawza mill-gdid fuq il-meritu skond l-imsemmi subartikolu. Meta jigri hekk, il-Qorti ta` l-Appell ma tkunx marbuta bis-subatikolu (7) tal-imsemmi Artikolu 428 li jipprovdi li jekk l-appell isir mill-persuna misjuba hatja, il-piena ma tistax tizdied.

L-Artikolu 40(a) tal-Kap. 10 jipprovdi li "Hadd majista', fit-toroq jew fuq it-toroq, bi xkiel, b'inkomdu, bi hsara jew b'perikolu ta' nies ohra, jixhet gebel jew hwejjeg ohra, ukoll minn twieqi, logog, gallarijiet jew bjut". Hu evidenti li, galadarba l-iskop tal-legislatur hu li jipprotegi lil min talvolta jista' jkun ghaddej mit-triq minn affarijiet li jkunu qed jitwaddbu minn direzzjoni ghal ohra, l-espressjoni "fit-triq" tinkludi mhux biss il-wicc tat-triq izda anke l-arja ta' fuq it-triq sa dak il-gholi li normalment wiehed jista' jwaddabb'idejh oggetti u li jistghu jaqghu u jigu fuq il-wicc tat-triq, sia jekk minn iwaddab ikun b'saqajhfuq il-wicc tat-triq u sia jekk ikun fuq proprjeta` privata adjacenti t-triq.

L-ixkiel, inkomdu, hsara jew perikolu ma hemmx bzonn li jkun attwali, fis-sens li xi persuna giet effettivament imxekkla, skomodata jew saritilha xi hsara jew tqeghdet f'perikolu: hija bizzejjed il-potenzjalita` ta' dan kollu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info