Reference: 4/2013/1

Judgement Details


Date
31/05/2013
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI SILVIO, MALLIA TONIO, AZZOPARDI JOSEPH
Parties
BONANNO PHILIP ET vs SUPRINTENDENT TAS-SAHHA PUBBLIKA
ECLI
ECLI:MT:ACIV:2013:81296
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
BORD GHAS-SERVIZZI GENERALI
Summary
Dan kien appell mid-decizjoni tal-Bord ghas-Servizzi Generali. Il-Qorti tal-Appell osservat li f'materja ta' din ix-xorta, fejn il-ligi thalli t-tehid ta' decizjoni li taffettwa s-sanita` pubblika f'idejn Bord tekniku, f'idejn dan l-istess Bord irid jithalla certa diskrezzjoni fil-materja ghax hu qieghed f'posizzjoni ahjar mil-Qorti biex jevalwa u jqis l-impatt tal-izvilupp propost fuq is-sahha pubblika. Meta jsir appell ghal quddiem il-Qorti, il-kaz irid, veru, jerga' jigi ezaminat, pero`, f'kaz li jirrizulta li d-decizjoni tal-Bord tkun ragjonata u meqjusa, il-Qorti m'ghandhiex tbiddel id-decizjoni, semplicement, ghax fil-fehma taghha, id-decizjoni kellha tkun xort'ohra. Meta hemm Bord tekniku mahtur bil-ligi, il-Qorti trid bilfors taghti certa deferenza lil dak il-Bord, u ghandha tintervjeni biss meta jkun hemm ksur tal-principji ta' gustizzja naturali, jew meta d-decizjoni ma tkunxtista' tigi sostnuta bir-raguni jew is-sens komun.

Dwar il-fatti, f'dan il-kaz, irrizulta li kien hemm erba' appartamenti sovrastanti il-car port propost, u li l-access ghal dawn l-appartamenti jirrikjedi bil-fors illi l-abitanti tal-appartamenti jghaddu mill-car port propost. Min-naha l-ohra, dan il-car port se jkollu bieb fil-faccata b'apperturi u l-post huwa vicin il-kosta u ghalhekkespost ghar-rih. Il-Qorti rat il-konsiderazzjoni tal-Bord minhabba d-dhahen mill-karozza, pero`, meta qieset li fil-pajjiz jezistu hafna garages sottostante djar u appartamenti,ikkunsidrat li l-projbizzjoni f'dan il-kaz ma kienetx wahda ragjonata.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info