Referenza: 131/2012

Dettalji tas-Sentenza


Data
08/05/2013
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
SCICLUNA DAVID
Partijiet
IL-PULIZIJA vs ABELA CARLA ROSITA
ECLI
ECLI:MT:AKI:2013:80831
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AWTORITA TAT-TURIZMU
Fil-Qosor
Dan il-kaz jirrigwarda appell min decizjoni tal-Qorti tal-Magistrati dwar kaz li kien inbeda fuq talba tal-Awtorita tat-Turizmu. Izda, il-prosekuzzjoni nbdiet b'tahrika ta' kawza tal-Pulizija u mhux b'tahrika ta' kawza privata, u l-azzjoni tmexxiet mill-Pulizija Ezekuttiva - kif del resto kien jixhed l-occhio tal-kawza: Il-Pulizija v. Carla Rosita Abela. Ghalhekk seta' jappella biss l-Avukat Generali. Il-kwerelanti Awtorita` tat-Turizmu ta' Malta setghet biss se mai taghmel it-talba skond l-artikolu 414(1) tal-Kap. 9 tal-Ligijiet ta' Malta sabiex l-atti jintbaghtu lill-Avukat Generali biex dan- l-Avukat Generali - jikkunsidra kellux jappella. Ma irrizultax li saret tali talba. Difatti, mid-dicitura tat-talba kontenuta fin-nota taghha, l-Awtorita` tat-Turizmu ta' Malta ddeskriviet lilha nnifisha bhala “l-prosekuzzjoni” u li kienet qed “tinterponi umli appell”. Dan ma setghetx taghmlu galadarba l-prosekuzzjoni f'dan il-kaz, kif diga` ntqal, tmexxiet mill-Pulizija Ezekuttiva u mhux mill-imsemmija Awtorita`. Illi t-talba tal-Awtorita giet michuda peress li l-Appell kellu jsir mil-AvukatGenerali, aparti il-fatt li Appell jsir b'rikors u mhux b'nota.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni