Reference: 148/1999/1

Judgement Details


Date
15/04/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CARUANA DEMAJO GIANNINO
Parties
MAGRI IMHALLEF DR. ALBERTO GIUSEPPE ET vs AEROFLOT RUSSIAN INTERNATIONAL AIRLINES
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
HLAS, KREDITUR MA JISTAX JIGI OBBLIGAT JACCETTA AMMONT IMNAQQAS - HLAS, KREDITUR MA JISTAX JIGI OBBLIGAT LI JBATI L-ISPEJJEZ TAD-DEPOZITU TA` FLUS FIL-QORTI TAHT CERTI CIRKOSTANZI - LOKAZZJONI, ARTIKOLU 1530 TAL-KODICI CIVILI - DISPARITA` BEJN L-AMMONT TA` KERA STIPULAT U FLEJJES PERCEPITI MILL-INKWILIN TAHT KUNTRATTI TA` SUB-INKWILINAT - LOKAZZJONI, ARTIKOLU 1530 TAL-KODICI CIVILI - SKEMA ARTIFICJALI - LOKAZZJONI, ARTIKOLU 1530 TAL-KODICI CIVILI - SKOP TA` - LOKAZZJONI, PREGUDIZZJU MAHLUQ BIL-HLAS TA` KERA BIL-QUDDIEM GHAL IZJED MINN SITT XHUR
Summary
L-artikolu 1530 tal-Kodici Civili huwa mahsub sabiex min ikollu l-pussess taht titolu temporanju jkun jista' jgawdi l-haga sal-ahhar, ukoll billi jikriha, ghax, li kieku ma setax jaghti b'kiri hlief ghaz-zmien li jkun fadal mit-titolu tieghu, isibha iebsa, jekk iz-zmien li jkun fadal ikun qasir, lijsib kerrejja li jkunu lesti jikru ghal dak iz-zmien qasir. Ghalhekk, effettivament, li ma kienx hemm l-art. 1530, ma kienx ikun jista' jikri fl-ahhar snin tat-titolu tieghu ghalkemm il-ligi taghtihdak il-jedd. L-art. 1530, izda, jaghtih is-setgha li jiggarantixxi t-titolu ghaz-zmien imsemmi f'dak l-artikolu, ukoll jekk dak iz-zmien ikun aktar miz-zmien li jkun fadallu t-titolu temporanju, u l-kerrej, li jkollu mohhu mistrieh ghal dak iz-zmien, ikun aktar lest illi jikri.

Naturalment,il-ligi thares ukoll l-interess tas-sidien, mhux biss dak tal-pussessur temporanju. L-interess tal-pussessur temporanju - dak li jkun jista' jikri wkoll sal-ahhar ftit zmien tat-titolu tieghu - huwawkoll il-mizura tal-jedd li jaghtih l-art. 1530 tal-Kodici Civili. Dak l-artikolu ma hux mahsub biex icahhad lis-sid ghal dejjem minn hwejgu, jew illi jaghti lill-utilista mezz kif it-titolu tieghu minn wiehed temporanju jaghmlu wiehed ghal dejjem.

Hawnhekk il-Qorti qieset illi skema li bihl-utilista (socjeta` kummercjali) lejn l-ahhar tal-koncessjoni enfitewtika kriet il-fond koncess lilha in enfitewsi lil socjeta` ohra u li fiha hi kienet azzjonista maggoritarja kien wiehed artificjali u ghalhekk il-Qorti ghazlet li ma tirrikonoxxihx. In oltre, l-Qorti qieset li fi kwalsijasi kaz dan l-iskema ma kienx maghmul taht kondizzjonijiet gusti ghaliex kien hemm disproporzjon qawwija bejnil-kera percepit mis-sid wara l-konsolidazzjoni tat-titolu u l-ammont ta` kera percepit mill-inkwilin minghad is-sub-inkwilini tieghu.

Kreditur ma jistax ikun imgieghel jaccetta hlas bin-nieqesu ghalhekk ghandu l-jedd illi jitlob l-hlas minghajr ebda tnaqqis, lanqas ta' l-ispejjez tad-depozitu, meta hu ma kellu ebda htija ghall-fatt li l-ammont ikun gie depozitat.

L-art. 1153 tal-Kodici Civili jghid illi l-hlas maghmul b'bona fidi lil persuna li tkun fil-pussess tal-kreditu jiswa,ghalkemm wara l-pussessur ikun tilef b'evizzjoni dak il-kreditu.

Madankollu, l-art. 1535 tal-Kodici Civili jkompli jghid illi kull hlas bil-quddiem ta' qbiela ta' raba' ma jiswiex, jekk b'hekkibatu hsara l-kredituri ipotekarji ta' sid il-kera jew dawk li jidhlu warajh fil-pussess tal-fond bis-sahha ta' fedekommess, jew li lilhom, minhabba li b'xi mod jigi mahlul il-jedd tieghu, ikun imissil-fond. Lanqas ma jiswa kull hlas bil-quddiem ta' kera ta' bini ghal izjed minn sitt xhur, jekk b'hekk titbata l-hsara hawn fuq imsemmija.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info