Referenza: 600/1996/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
25/02/2002
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
VALENZIA GEOFFREY
Partijiet
BANK OF VALLETTA LTD vs DA VINCI LTD ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AZZJONI IPOKETARJA SPERIMENTALI, DAK LI GHANDU JIGI KOPERT BIL-PREZZ TAL-LIBERAZZJONI - AZZJONI IPOKETARJA SPERIMENTALI, ELEMENTI TA` - AZZJONI IPOKETARJA SPERIMENTALI, LIL MIN TIKKOMPETI - AZZJONI IPOKETARJA SPERIMENTALI, META L-ATTUR IKUN IKKONKORRA FID-DISTRIBUZZJONI TAR-RIKAVAT TAL-EWWEL BEJGH IN SUBBASTA
Fil-Qosor
Meta ssir subbasta sperimentali, jekk il-fond mibjugh igib prezz akbar minn qabel, dawk li qeghdin fi grad qabel il-kreditur li jitlob li ssir is-subbasta sperimentali mhux ser jigu effettwati negattivament, imma l-aktar li jista' jigri hu li l-kreditur li jitlob li ssir is-subbasta sperimentali lijkun qieghed fi grad aktar lura ikun jista' jithallas in toto jew in parte tal-kreditu tieghu. Ghalhekk jekk jingieb prezz akbar ikun ahjar ghad-debitur u ghall kreditur.

Il-ligi tipprevedi l-possibilita' li tigi ezercitata s-subbasta sperimentali minn kreditur ipotekarju li ma jkunx gie b'ximod involut jew notifikat bil-proceduri tas-subbasta. Mhux ostakolu ghall-azzjoni ipotekarja sperimentali li l-attur ikun ikkonkorra flimkien ma` kredituri ohra tad-debitur fid-distribuzzjoni tar-rikavat tal-ewwel bejgh in subbasta.

Biex tigi ezercitata s-subbasta sperimentali u cioe' l-ewwel li meta l-Qorti tilqa' t-talba ghall-bejgh tal-fond gja mibjugh bis-subbasta ma' tistax tippermetti l-liberazzjoni tieghu bi prezz inferjuri ghas-somma li sservi biex jigu sodisfatti l-kredituri bidrittijiet aqwa minn dawk tal-kreditur subbastant u t-tieni li din il-procedura mhix moghtija lil dawk il-kredituri li kienu hadu sehem fil-proceduri tas-subbasta precedenti. Huma dawn l-elementi li jridu jigu sodisfatti u xejn aktar.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni