Reference: 791/2001/1

Judgement Details


Date
15/04/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
MAGRI EMANUEL vs VANCELL JOSEPH ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
NOTIFIKA, MODALITA` TAL-PROCEDURA TAL-AFFISSJONI U PUBBLIKAZZJONI - RITRATTAZZJONI, NATURA TAL-PROCEDURI - RITRATTAZZJONI, NUQQAS TA` NOTIFIKA TAC-CITAZZJONI - RITRATTAZZJONI, ONERU TAL-PROVA - RITRATTAZZJONI, RIMEDJU STRAORDINARJU
Summary
Il-procedura tar-ritrattazzjoni ghandha zewg ghanijiet: fl-ewwel post, dik li thassar ghal kollox umhux biss parzjalment sentenza li tkun saret gudikat bejn il-partijiet ghal xi wahda mir-ragunijietspecifici u tassattivi msemmija mil-ligi, u, fit-tieni post, dik li terga' tinstama' l-kawza li s-sentenza taghha tkun thassret u li tinghata sentenza ohra mill-gdid. Qabel ma l-Qorti tkun soddisfatta li sabet raguni tajba biex thassar is-sentenza ewlenija, m'ghandhiex, bhala regola, tidhol biex tqis il-mertu tal-kwestjoni maqtugha bis-sentenza li taghha tintalab ir-revoka.

Il-prova tar-raguni li ghaliha parti titlob li kawza tigi mismugha mill-gdid trid issir minn dik l-istess parti utrid issir b'mod li jwassal lill-Qorti li tqis li t-talba hija misthoqqa. Il-parti ritrattata m'ghandha tipprova xejn, specjalment meta r-raguni li ssejjes it-talba ghas-smigh mill-gdid ma titnissilxminn ghamil tal-parti ritrattata.

Il-procedura mfissra fl-artikolu 187 tal-Kodici tal-Procedura (notifika permezz tal-pubblikazzjoni u affissjoni) ghandha tigi segwita b'reqqa u n-nuqqas ta' harsien taghha jgib konsegwenzi radikali ghas-siwi ta' kulma jkun sar bi ksur taghha. Jekk tali procedura ma tigix segwita t-talba ghar-ritrattazzjoni ghandha tigi milqugha.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info