Reference: 2696/1999/1

Judgement Details


Date
15/04/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
ATKINS SIDNEY ET vs GRIMA JOSEPH ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO SPOLII, BIZGHA TA` X`JISTA` JSIR FIL-FUTUR - ACTIO SPOLII, ELEMENTI TA` - ACTIO SPOLII, MA TISTAX TINGHATA L-ECCEZZJONI LI L-ISPOLL KIEN LEGITTIMU - ACTIO SPOLII, MINN META JIBDA JIDDEKORRI L-PERIJODU TA` DEKADENZA TA` XAHAREJN - ACTIO SPOLII, RILEVANZA TAL-MOTIV TAL-ISPOLJAT GHALL-EZERCIZZJU TAL-AZZJONI
Summary
Huwa stabilit li fl-azzjoni ta' spoll huwa mehtieg jigu ippruvati tliet (3) elementi, u jigifieri (a) il-pussess; (b) it-tehid tieghu b'ghamil tal-imharrek u (c) li l-azzjoni nbdiet fi zmien xahrejn.;

Dwar l-ewwel element, huwa mehtieg li jintwera li, fil-waqt li sar l-ghamil ilmentat, l-attur kien fil-pussess imqar materjali jew ta' fatt. Minbarra dan, il-pussess ma ghandux ikun ekwivokuimma fid-dieher, ukoll jekk ikun ghal waqt qasir, u l-Qorti ghandha tillimita ruhha biss biex tqis il-fatt tal-pussess u dak tal-ispoll. Ghalhekk eccezzjoni bazata fuq il-legittimita` tal-att spoljattiv ma tistax tirnexxi. Mhux mehtieg li l-pussess li jista' jithares minn azzjoni bhal din ikun wiehed esklussiv;

Dwar it-tieni element, huwa mehtieg li jintwera li l-ghamil spoljattiv ikun wiehed arbitrarju u maghmul kontra r-rieda tal-possessur b'mod li jista' jaghti lok ghal azzjoni ta' danni kontra min ikun wettqu. Huwa wkoll mahsub li l-ghamil irid ikun wiehed vjolenti jew imqar misturghall-gharfien tal-persuna li kellha l-pussess. L-ottjeniment ta` permess tal-ippjanar ma jissanzjonax l-att spoljattiv.

Gie mfisser ukoll li l-kliem "vis aut clam" li jirradikaw dan l-elementtal-azzjoni, mhux tabilfors jissarraf f'ghamil ta' tkissir jew qerda ta' oggett mizmum mill-attur jew li fih huwa jgarrab xi hsara fizika, ghaliex huwa bizzejjed li l-ghamil spoljattiv isir kontra r-rieda tieghu jew minghajr ma jithalla jintebah bih;

Dwar it-tielet element, il-ligi trid li l-azzjoni ghat-tnehhija tal-effetti tal-ispoll ghandha tinbeda fi zmien xahrejn. Dan iz-zmien huwa meqjus bhala terminu ta' dekadenza. Bhal kull wiehed iehor mill-elementi tal-azzjoni, dan il-fatt ghandu jigi pruvat mill-attur. Izda meta l-kwestjoni taz-zmien tittella' mill-imharrek bis-sahha ta' eccezzjoni, allura l-prova li l-azzjoni ta' spoll privileggat saret barra zmienha taqa' fuq l-istess imharrek, kif jipprovdi l-artikolu 562 tal-Kapitolu 12 tal-Ligijiet ta' Malta.

Dwar il-kwestjonitaz-zmien li fiha jmissha ssir il-kawza ghandu jinghad li tinqala' l-problema dwar minn meta ghandujibda jintghadd it-terminu ta' xahrejn li tiffissa l-ligi. Dan jinholoq b'mod partikolari meta l-ghamil spoljattiv ikun sar minn wara dahar il-persuna li kellha l-pussess. Kien hemm kazijiet fejn il-qrati ghamlu distinzjoni bejn meta l-ghamil ta' spoll ikun wiehed li sar darba u fejn l-ghamil ikunatt li jippresisti, u ghalhekk inholoq il-hsieb li l-azzjoni tibda jew minn meta l-persuna li ttehdilha l-pussess intebhet bl-ispoll jew meta l-att persistenti ntemm. Izda hawnhekk il-Qorti sostniet illi qari xieraq taz-zewg artikoli tal-ligi li jitkellmu dwar l-azzjoni privileggata tal-ispoll (l-artikolu 791 tal-Kap 12 u l-artikolu 535 tal-Kap 16) ma jhallux ghazla ghal dik li ghandha tkun it-tifsira xierqa li jmissha tinghata dwar minn meta ghandu jintghadd iz-zmien ta' xahrejn: dan ghandu jibda jitqies minn dak inhar tal-ispoll.

Illi biex issehh l-azzjoni tal-ispoll huwa mehtieg ukoll li t-tliet elementi msemmija hawn ikunu kollha pruvati li jesistu.

Illi dwar dan il-punt, il-Qorti tifhem li l-kwestjoni dwar min huwa sid tal-ambjenti rispettivi tal-partijiet ghandu jkollhasiwi marginali f'din il-kawza. Dan jinghad ghaliex, bhalma ssemma izjed 'il fuq, il-kwestjoni ta'jekk l-ispoljat kienx is-sid jew le tal-gid li mit-tgawdija tieghu jkun gie mnezza' mhijiex rilevanti, jekk kemm-il darba jintwera li kellu l-pussess imhares mil-ligi ghal din l-ghamla ta' kawza.

Il-mottiv ta` min ikun qed jallega li sofra l-ispoll mhux rilevanti ghar-rizoluzzjoni tal-kawza.Il-legittimita` tal-ispoll ma tistax titqajjem bhal eccezzjoni.

Il-bizgha ta' x'jista' jsir 'il quddiem mhix wiehed mill-elementi kostitutivi tal-azzjoni tal-ispoll (ghalkemm huwa element ta' azzjoni possessorja ohra). Ghalhekk is-semplici fatt li jsir lukkett f`bieb li pero` ma jissakkarx majammontax ghal spoll.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info