Reference: 1/2008/2

Judgement Details


Date
05/04/2013
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI SILVIO, MALLIA TONIO, AZZOPARDI JOSEPH
Parties
SAED SALEM SAED vs BORD TA' L-APPELLI DWAR IR-REFUGJATI ET
ECLI
ECLI:MT:ACIV:2013:80145
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
JUDICIAL REVIEW
Summary
F'dan il-kaz gew trattati zewg punti: d-diskrezzjoni tal-Kummissarju li jilqa' applikazzjoni ghal status ta' refugjat meta din tkun fuori termine u d-dritt tal-Qorti tal-Appell li tirrevoka decizjonital-Bord tal-appelli relattiv peress li l-Bord tal-appelli, qabad u cahad l-appell tal-attur stanteli qies li l-applikazzjoni kienet fuori termine meta l-Kummissarju accettah.


Il-Qorti osservat illi d-diskrezzjoni jekk applikazzjoni tardiva ghandhiex titqies valida jew le hija imhollijabil-ligi f'idejn il-Kummissarju ghar-Refugjati. Huwa dan il-Kummissarju li, bil-ligi, ghandu s-seta' iqis u jevalwa applikazzjoni tardiva bhala valida jew le; dik id-decizjoni, tista' tkun soggetta ghal ‘judicial review', pero`, ma tistax tigi uzurpata minn xi hadd iehor. La darba l-ligi tvesti l-esercizzju ta' diskrezzjoni f'idejn ufficjal partikolari huwa dak l-ufficjal li jrid jezercitaha. Kif inghad, dak l-uzu ta' diskrezzjoni jista' jkun suxxettibbli ta' stharrig gudizzjarju (bhal, per ezempju, jekk ikun ha in konsiderazzjoni cirkustanzi irrelevanti jew jekk ikun injora cirkostanzi relevanti), pero`, id-decizjoni trid tittiehed minnu. L-ezercizzju ta' diskrezzjoni jista' jigi mhassar mill-Qorti/Tribunal kompetenti, pero`, jekk jigri dan, il-kaz irid jigi referit lil dak l-ufficjalmghoni b'dak il-poter, u l-Qorti/Tribunal ma tistax hi tissostitwixxi d-diskrezzjoni taghha ghal dak tal-ufficjal inkarigat.

Hawnhekk, id-decizjoni li ha l-Kummissarju li qies l-applikazzjonivalida ma giet attakkata minn ebda naha, u l-Bord tal-Appelli dwar ir-Refugjati ma kellux jehodha fuq spallejh u jaqbad u jwarrab l-applikazzjoni tal-attur meta kienet giet meqjusa valida. Darba li l-Kummissarju ezercita d-diskrezjoni tieghu kif trid il-ligi, u darba li dik id-decizjoni tieghu ma gietx attakkata, (peress li tressaq biss appell fuq il-meritu mill-attur), il-Bord tal-Appelli kellujipprocedi bis-smigh tal-kaz kif imressaq quddiemu u mhux imur u jiddeciedi oltre billi jqis hu stess il-validita` o meno tal-applikazzjoni.

Tqum issa l-kwistjoni jekk din il-Qorti tistax thassar decizjoni tal-Bord u dan fid-dawl ta' dak li jipprovdi l-Artikolu 7(9) tal-Att li jghid li decizjoni tal-Bord ma tistax tigi kontestata jew appellata quddiem ebda qorti tal-gustizzja. Hu principjuta' dritt, pero`, li l-gurisdizzjoni inerenti tal-qrati ta' “judicial review” ma tista' titnehha minn ebda ligi, ghax ma jistax jigi accettat li l-legislatur qatt jista' jippermetti li decizjoni tittiehed bi ksur tal-principji ta' gustizzja naturali jew kontra l-ligi.





Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info