Reference: 1219/1991/2

Judgement Details


Date
12/04/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCICLUNA DAVID
Parties
VELLA LOUIS ET LL.D. vs GATT JOSEPH
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO REI VINDICATORIA, ELEMENTI TA` - ACTIO REI VINDICATORIA, POSSIDEO QUA POSSIDEO - PRESKRIZZJONI, APERTURI LI JAGHTU FUQ FOND TA` HADDIEHOR M`HUMIEX INDIKATTIVI TA` PUSSESS ANIMO DOMINI GHALL-ISKOPIJIET TAL-PRESKRIZZJONI AKKWISITTIVA - PRESKRIZZJONI, ELEMENT TA` PUBBLICITA` TAL-PUSSESS MEHTIEG GHALL-PRESKRIZZJONI AKKWISITTIVA - PRESKRIZZJONI, ELEMENTI TAL-PRESKRIZZJONI AKKWISITTIVA TA` GHAXAR SNIN - PRESKRIZZJONI, ELEMENTI TAL-PUSSESS MEHTIEG GHALL-PRESKRIZZJONI AKKWISITTIVA - SERVITU`, MERA TOLLERANZA - SERVITU`, TIEQA F`HAJT DIVIZORJU LI TAGHTI GHAL FUQ ART MHUX ZVILUPPATA
Summary
Min jitlob ir-rivendikazzjoni ta' immobbli ghandu d-dmir li qabel xejn iehor jipprova l-proprjeta` tieghu. Il-konvenut m'ghandux ghalfejn jiftah halqu sakemm issir dik il-prova. U jekk dik il-prova massirx, il-konvenut ghandu jirbah il-kawza.

Dina l-prova tista' ssir, jew bl-esibizzjoni tat-titolu ta' l-akkwist jew bl-istess preskrizzjoni akkwizitiva jew bi kwalunkwe mezz iehor permess mil-ligi.

Il-preskrizzjoni decennali tipprotegi lil min akkwista bicca art b'titolu u jkun ippossediha in buona fede ghal ghaxar snin kontra pretensjonijiet minn terzi fuq dik l-istess bicca art;ma tipprotegix lil min jokkupa bicca art mhux inkluz fit-titolu. Ghalhekk, l-applikabilita' o menota' din il-preskrizzjoni tiddependi minn ezami ta' x'kien inkluz fl-akkwist.

Il-preskrizzjonita' tletin sena, min-naha l-ohra, ma tirrikjedi la titolu u lanqas il-buona fede; din tirrikjedi biss pussess kontinwu, mhux miksur, pacifiku, pubbliku u mhux ekwivoku u dan ghaz-zmien ta' tletin sena.

Biex wiehed ikollu pussess "pubbliku" irid jaghmel att dominju fuqha (ez, ihawwel sigar, igib hamrija, jtella' bini, ecc), ghax, altrimenti, l-pussess ma jkunx "pubbliku". Li wiehed jiskambja korrispondenza, ma jfissirx li l-pussess hu "pubbliku". Il-ligi trid dan l-element biex min ikuninteressat ikollu l-opportunita' jara x'inhu jigri fuq l-art. Jekk l-art tibqa' fl-istat li tkun,it-terz interessat ma jkunx jista' jipprotesta, ghax ovvjament, ma jkunx jaf li hemm xi hadd qed ighaddi korrispondenza fuqha. Il-ligi trid li l-pussess ikun pubbliku biex it-terz interessat ikollu l-opportunita' jikkontrolla x'inhu jigri fuq l-art tieghu; it-terz interessat jitlef l-interess tieghu fuq l-art jekk jara jew seta' jinduna x'inhu jigri fuq l-art u ma jaghmel xejn.

Il-prova tal-pussess trid tkun inekwivoka, u jekk ic-cirkostanzi ta' fatt jistghu jaghtu lok ghall-interpretazzjoni diversa, l-prova tal-pussess taqa'.

Aperturi fuq fond ta' haddiehor ma ghandhomx jittiehdu bhala indikazzjoni ta' proprjeta`.

Se mai, aperturi, jistghu jaghtu lok ghall-akkwist ta'servitu' ta' tieqa u ta' passagg, izda mhux ta' "propjeta" fuq l-art. Anke' l-akkwist ta' servitu'huwa negat f'dawn ic-cirkostanzi ghax, kif inghad diversi drabi mill-Qrati taghna, tieqa fuq art mhux zviluppata ta' haddiehor ma tohloq qatt servitu' ghax titqies li thalliet miftuha b'mera tolleranza, filwaqt li servitu' ta' passagg ma jistax jinholoq jekk mhux b'titolu. Ghalhekk, twieqi u bibienmiftuha fuq art ta' haddiehor, daqskemm ma jistghux joholqu servitu', daqstant iehor ma jistghux ikunu prova ta' "Pussess" ghall-fini ta' akkwist ta' propjeta'.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info