Reference: 6/2008/1

Judgement Details


Date
22/02/2013
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
CAMILLERI SILVIO, CARUANA DEMAJO GIANNINO, CUSCHIERI NOEL
Parties
SAHAN DILEK ET vs MINISTRY TAL-GUSTIZZJA U L-AFFARIJIET INTERNI ET
ECLI
ECLI:MT:KOS:2013:79446
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Summary
Il-Qorti ikkunsidrat c-cahda ghal azil f'Malta lill-persuni Kurdi u spjegat li taht il-Konvenzjoni ghall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fondamentali u l-Protokolli taghha majezisti ebda dritt ghal azil politiku. B'danakollu t-tnehhija ta' persuna taghti lok ghal kwistjonitaht l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni meta jintwerew ragunijiet sostanzjali sabiex wiehed jemmen li dikil-persuna jekk tigi espulsa tirrinfaccja riskju reali li tigi assoggettata ghal trattament kontra l-Artikolu 3. F'kaz bhal dan ikun l-obbligu li dik il-persuna ma tigix espulsa. L-Artikolu 3 huwa assolut u ma hux possibbli li r-riskju ta' trattament hazin jigi bilancjat mar-ragunijiet migjuba ‘l quddiem ghall-espulsjoni. L-apprezzament ta' hemmx ragunijiet sostanzjali biex wiehed jemmen li persuna tirrinfaccja r-riskju reali msemmi jirrikjedi li l-Qorti tevalwa l-kundizzjonijiet fil-pajjiz fejnser jintbaghat skont il-kejl tal-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni. Dak il-kejl jirrikjedi li t-trattamenthazin li tirrinfaccja l-persuna jrid jilhaq grad minimu ta' severita` sabiex jidhol fil-parametri tal-Artikolu 3 imsemmi. Ghall-ghan ta' dan l-apprezzament irid jittiehed qis tac-cirkostanzi kollha.Minhabba n-natura assoluta tad-dritt imhares, l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni jista' japplika wkoll fejn il-perikolu jkun gej minn persuni jew gruppi ta' persuni li ma jkunux ufficjali pubblici. B'danakollu jrid jintwera li r-riskju hu wiehed reali u li l-awtoritajiet tal-iStat li ser jircievi l-persuna relevanti ma humiex kapaci jinnewtralizzaw ir-riskju billi jipprovdu protezzjoni xierqa. L-ezami li tehtieg taghmel il-Qorti sabiex tikkonstata jkunx hemm ir-riskju msemmi jrid ikun wiehed rigoruz izda fil-principju spetta lill-persuna koncernata li tipprova li tkun ser tirrinfaccja dak ir-riskjufil-pajjiz fejn tkun ser tintbaghat. Il-possibilita` ta' trattament hazin minhabba s-sitwazzjoni nstabbli fil-pajjiz ricevent ma twassalx fiha nfisha ghal vjolazzjoni tal-Artikolu 3. Illi wara li ratc-cirkostanzi tal-kaz il-Qorti laqghet ir-rikors.





Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info