Reference: 321/2012

Judgement Details


Date
01/02/2013
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
CAMILLERI SILVIO
Parties
IL-PULIZIJA vs PAUL TABONE
ECLI
ECLI:MT:GAKI:2013:79117
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
NULLITA TAR-RIKORS TAL-APPELL
Summary
Dan il-kaz kien jirrigwarda n-nullitta tar-rikors tal-appell. L-appellant talab lil-Qorti “thassar d-decizjoni appellata” u ghalhekk talab it-thassir anki ta' dik il-parti tas-sentenza fejn illiberatlill-appellant. Fl-istess hin l-appellant talab lil-Qorti li “tillibera lill-appellant mill-imputazzoni kollha migjuba fil-konfront tieghu” u ghalhekk b'din il-parti tat-talba tal-appellant kienet qed tintalab il-konferma tal-parti fejn is-sentenza appellata lliberatu mill-imputazzjoni u dan, fl-istess waqt li kien qieghed jitlob it-thassir taghha. Huwa minnu li l-Qorti tal-Appell Kriminali ricentement qieghda tiehu atteggiament piuttost anqas rigidu minn qabel lejn difetti fir-rikors tal-appell billi safejn ikun possibbli ssalva l-appell u dan sabiex jigi evitat dak li gie deskritt minn Karen Reid fl-opra citata mill-appellant fin-nota tal-osservazzjonijiet tieghu bhala “An overly formalistic approach which prevents the substance of the applicant's Convention complaints being examined”.Izda il-Qorti ma tistax tinjora l-fatt li l-artikolu 419(1)(c) tal-Kap 9 ghadu parti mill-ligi ta' Malta u li l-gurisprudenza dwar il-htiega ta' attenzjoni u kjarezza f'dak li jkun qieghed jintalab mill-appellant taht piena ta' nullita' tassattivament prevista mil-ligi hija kostanti u univoka. Ghalhekk l-appell gie dikjarat null.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info