Reference: 483/2011

Judgement Details


Date
17/01/2013
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
MALLIA MICHAEL
Parties
IL-PULIZIJA vs CASSAR JEAN CLAUDE
ECLI
ECLI:MT:AKI:2013:78782
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
PATTEGGJAMENT
Summary
Illi l-istitut tal-“plea bargaining” quddiem il-Qrati Inferjuri mhux regolat bil-ligi.

Illi in effetti dan l-istitut gie introdott fil-ligi penali taghna bl-artikolu 453A tal-Att III tas-sena 2002. Sfortunatament din l-emenda tapplika biss ghall-proceduri quddiem il-Qorti Kriminali.

Illi umbaghad l-artikolu 393A(5) jestendi l-applikazzjoni tal-artikolu surefferrit ghall-proceduri quddiem il-Qorti tal-Magistrati bhala Qorti Struttorja qabel ma' l-akkuzat iwiegeb ghall-mistoqsija hux hati jew mhux hati.

Illi dawn l-emendi ma jirreferux ghall-proceduri quddiem Qrati Inferjuri fil-vesti taghhom bhala Qrati tal-Gudikatura Kriminali.

Illi madankollu ilha l-prassi quddiem dawn il-Qrati li jsir patteggjament mhux formali u Alla hares kien mod iehor ghaliex kieku hafnakawzi li jistghu jigu konkluzi b'mod spedit jibqghu jiddilungaw ruhhom inutilment a pregudizzju tal-istess retta amministrazzjoni tal-gustizzja.


Illi l-iskop wara l-patteggjament huwa wiehed uniku li ma jkunx hemm sorprizi ghax b'dan il-mod tigi stultifikata ghal kollox din il-prattika.


Illi f'dan il-kaz la l-Qorti kellha f'mohha li tiddipartixxi daqstant minn dak pattwit zgur li l-prudenza kienet tirrikjedi li l-Qorti kellha taghti xi indizju u mhux li tissorprendi lill-appellant bil-piena li nghatat.

Pero, kull patteggament irid isir b'mod formali quddiem il-Qorti b'mod illi ma jithalla l-ebda dubbju dwar dak illi qieghed jigi miftiehem. Il-ftehim irid ikun dikjarazzjoni bejn tnejn - il-Prosekuzzjoni u d-Difiza - u dikjarazzjoni unilaterali ta' xi hadd minnhom biss ma tikkostitwixi patteggament illi l-Qorti ghandha tikkonsidra.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info