Reference: 160/1998/1

Judgement Details


Date
15/03/2002
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
FILLETTI JOSEPH A.
Parties
ZAMMIT ROSARIA vs SANT PAUL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KIRI TA GARAXX - RIPREZA TA GARAXX MIKRI
Summary
L-aggravji tal-intimat huma li l-Bord li Jirregola l-Kera ghamel apprezzament zbaljat tal-provi fattwali li gew prodotti mill-kontendenti u li inoltre injora sensiela ta' sentenzi in materja li jissuffragaw it-tezi tal-appellant billi dawn isostnu li f'kazi simili fejn il-bzonn tas-sid ma jkunx evidenti, l-inkwilin ghandu allura jibbenefika mill-protezzjoni moghtija mil-ligi fil-Kap. 69 u tichad it-talba ghal fini ta' ripreza.

Din il-Qorti tosserva li, trattandosi ta' apprezzament ta' provi ta' fatt da parti tal-Bord li Jirregola l-Kera, hija prassi li din il-Qorti ma tiddisturbax leggerment dak l-istess apprezzament maghmul mill-ewwel Qorti jew Tribunal, li jkun, jekk mhux ghal raguni serja jew gravi li tkun tiddetta xort'ohra.

Sid ghandu dritt li jekk stess ghandu zewg garaxxijiet mikrija lil terzi, li jaghzel wiehed u mhux iehor; dan hu dritt insitu fil-kuncett ta' proprjeta'. Lanqas m'hu imperattiv jew necessarju li s-sid ikun isuq il-karozza tieghu hu. Sid ghandu kull dritt li jzomm il-vettura tieghu f'garaxx u jitlob lil haddiehor, f'dan il-kaz lill-uliedha stess, li jsuquha huma. Il-fatt li l-ulied ikunu mizzewgin u marru joqghodu band'ohra mhux bizzejjed biex tigi respinta t-talba ghal fini ta' ripreza. Il-bzonn xorta wahda jista' jitqies illi jissussisti f'kazi simili.

Fil-fehma tal-Qorti l-ebda wiehed mill-aggravji ma huwa ggustifikat ghax il-bzonn tas-sid f'dan il-kaz huwa wiehed reali u pprovat. Dan apparti l-fatt li l-Qrati dejjem kienuanqas rigoruzi ghal fini ta' protezzjoni meta kellhom in konsiderazzjoni bzonn ghal ripreza ta' garaxx li mhux fil-kummerc u mhux fond ghal fini ta' abitazzjoni. Il-bzonn tas-sid f'dan il-kaz jirrizulta li jmur oltre semplici xewqa jew preferenza kapriccjuza kif argomenta l-appellant.

Ghaldaqstant din il-Qorti tal-Appell tiddeciedi billi, filwaqt li tikkonferma s-sentenza appellata fil-kawza fl-ismijiet premessi moghtija mill-Bord li Jirregola l-Kera fil-11 ta' Ottubru 2001, tichad l-appell tal-intimat bl-ispejjez taz-zewg istanzi kontra tieghu, u b'dana li ghall-fini ta' zgumbramentmill-fond qieghda tipprefiggi terminu perentorju ta' xahar zmien mid-decizjoni ta' din is-sentenza..




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info