Reference: 7/1998/1

Judgement Details


Date
15/03/2002
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
FILLETTI JOSEPH A.
Parties
MERCIECA PERIT PAUL vs DEBONO ROSA ARMLA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Summary
Hija l-prassi u n-norma li l-presunzjoni tal-ligi hija dik li kull parti titqies li taf xi tghid il-ligi u li per konsegwenza “ignorantia legis neminem excusat”, multo magis meta l-atti jkunu gew ipprezentati minn professjonisti. Mill-banda l-ohra izda, huwa minnu wkoll li kif argumenta l-abbli difensur tal-appellant, proprjament Qorti ta' Appell ghall-kaz in ezami hemm wahda u mhux tnejn. M'hemmx igifieri Qorti ta' Appell ghall-Gzira ta' Ghawdex u ohra ghall-Gzira ta' Malta. Ifisser mela lillum, anke taht il-ligi kif emendata wara li dawn gew fis-sehh fl-1995, hemm Qorti ta' Appell wahdaghaz-zewg gzejjer ta' Malta u Ghawdex. Ifisser inoltre li dina l-istess Qorti hija maghmula minn sezzjonijiet diversi, fosthom dik is-sezzjoni li tisma' l-appelli mid-decizjonijiet tal-Qorti tal-Magistrati (Ghawdex) fil-kompetenza inferjuri taghhom.

Ghall-konvenjenza tal-pubbliku li jirrisjedu fil-Gzira ta' Ghawdex, il-legislatur haseb biex appelli simili jigu trattati u decizi Ghawdex.In konformita' ma' dan, il-ligi riedet ukoll li ghall-fini ta' prezentata ta' atti, ir-Registru jkun dak tal-Qorti tal-Magistrati (Ghawdex) u mhux dak tal-Qrati Superjuri ta' Malta.

Din il-Qorti ankorke' b'certa doza ta' riluttanza, hija tal-fehma li l-izball li gie indott fih l-appellantmeta huwa pprezenta r-rikors ta' appell tieghu fir-Registru zbaljat m'ghandux iwassal ukoll ghan-nullita' tal-atti tar-rikors ta' appell. Dan mhux biss ghar-raguni li Qorti ta' Appell ghaz-zewg gzejjer hija unika u mhux doppja u distinta imma ghaliex ukoll, fuq kollox, ir-Registru m'ghandux per se' jiddetermina l-gurisdizzjoni tal-Qorti fic-cirkostanzi partikolari fuq imsemmija. Ghalhekk din il-Qorti jidhrilha li, minkejja l-irritwalita' oggettiva tal-prezentata, m'hemmx nullita' tal-atti.

Dana maghdud pero', u hawn ghandhom ragun iz-zewg partijiet, it-tkomplija tas-smigh ta' dana l-appell ghandha ssir quddiem dik is-sezzjoni li hemm f'Ghawdex u mhux quddiem din il-Qorti. Ghal danil-ghan, din il-Qorti qeghda espressament tidderiegi lill-appellant biex fi zmien tmient (8) ijiem li jibdew mill-gurnata ta' din is-sentenza, huwa jintavola rikors quddiem dik is-sezzjoni tal-Qortital-Appell fir-Registru tal-Qorti tal-Magistrati (Ghawdex) bhala ir-Registru tal-Qorti tal-Appell lifih, wara li jaghmel accenn ghal din is-sentenza in parte, jitlob ukoll biex dan l-appell jigi appuntat u jitkompla bis-smigh tieghu quddiem dik il-Qorti u dana wkoll billi l-atti kollha relativi jigu mibghutin quddiemha mir-Registratur ta' din il-Qorti.

Ghaldaqstant, din il-Qorti, filwaqt li qeghda tirrespingi l-eccezzjonijiet/oggezzjonijiet preliminarji tal-appellati, tidderiegi lill-appellanti biex jimxi konfermement ma' dak li gie lilu ordnat minn din il-Qorti fil-paragrafu penultimuprecedenti fiz-zmien lilu prefiss.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info