Reference: 569/1998/1

Judgement Details


Date
22/03/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
MIZZI MARIO ET vs GENOVESE PAUL ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, IL-PRINCIPJU VOLENTI NON FIT INIURIA MA JISTAX JAPPLIKA GHAL PASSIGGIER - DANNI, LOCUS STANDI TAL-WERRIETA TA` PERSUNA LI TKUN MIETET F`INCIDENT - DANNI, LUCRUM CESSANS BAZAT FUQ IL-GROSS SALARY - DANNI, MULTIPLIER - DANNI, PRINCIPJU TA` DEPENDENCY - DANNI, TNAQQIS GHAL LUMP SUM PAYMENT
Summary
Il-principju volenti non fit injuria certament ma japplikax ghall-kaz ta` vittma li kienet riekba fuq mutur li jkun gie koinvolt f`incident.

Ma jistax jinghad li l-vittma kienet taf meta accettat li tirkeb fuq l-istess mutur ic-cirkostanzi kollha u r-riskju li kienet ser tiehu minhabba s-sewqan sperikolat ta` min kien qed isuq. Hija ma setghet qatt tipprevedi l-perikolu li l-istess sewwieqkien ser ipoggiha fih.

Id-dritt ghar-risarciment ghad-danni hu dritt patrimonjali li jintiretbhall-ohrajn, u ma ghandux ikun modifikat ghax ighaddi b'wirt f'idejn is-successur; id-dritt tas-successur huwa l-istess dritt li kellu l-awtur tieghu.

Jekk il-ligi tippermetti u trid li l-atturi jirtu lill-mejta, ukoll jekk ma jiddependux minnha ghall-ghejxien taghhom, il-qorti ma tistax tghid li l-atturi ma jirtux ukoll id-dritt ghad-danni li kienet tiehu l-vittma li kieku baqghet hajja.Il-fatt li l-vittma setghet, kieku baqghet hajja, tizzewweg u ghalhekk ma jirtuwhiex il-genituri uhutha ma jibdilx il-fatt li, meta mietet qabel il-waqt, ghax kellha x-xorti hazina li tafda hajjithaf'idejn sewwieq bla ghaqal, l-eredi taghha kienu l-atturi tallum.

Minn dan isegwi li l-kwistjoni ta' dependency hija superfluwa fil-kuntest tal-principji fuq esposti.

Ma ghandu jsir ebda tnaqqis mis-somma li ghandha tigi likwidata ghal dak li setghet tikkonsma il-vittima kieku hija baqghet hajja stante li dan it-tnaqqis ma jsirx fil-kaz ta' persuna li baqghet hajja u ghalhekk ma ghandux isir fil-kaz ta' persuna li tmut, u dan huwa konsegwenti tal-fatt guridiku li tali dritt ghar-risarciment tad-danni jintiret mill-eredi bla ebda modifika, u 'd-dritt tas-successur huwa l-istess dritt li kellu l-awtur tieghu. Jekk nghidu mod iehor inkunu qeghdin nergghu nghidu li aktar jaqbillumin isuq hazin isuq ftit aghar sabiex il-konsegwenzi tas-sewqan hazin tieghu jkunu aktar serji, sabiex lill-vittimi joqtolhom flok ikorrihom. Din hija haga li l-ligi zgur ma tridhiex; u ma ghandux ikun li min ghandu jwiegeb ghal danni jghid mn'Alla qatilha lill-vittima ghax li kieku baqghet hajja izda inkapacitata ghal kollox kien ikun aghar ghalih'.

Hija l-"gross salary" li huwa relevantisabiex il-Qorti tasal ghal konkluzzjoni kemm huwa dovut in linea ta` danni. L-income tax u l-kontribuzzjonijiet tan-National Insurance li l-mejjet kien ikollu jhallas kieku baqa' haj m'humiex fatturili ghandhom jittiehdu in konsiderazzjoni meta wiehed jigi biex jistabilixxi l-paga medja annwali tieghu ghall-finijiet tal-komputazzjoni tal-qliegh futur.

A bazi tal-ligi taghna, il-kwantifikazzjoni tad-danni hija f'latitudini wiesa' imhollija fid-diskrezzjoni tal-Qorti, tenut kont tac-cirkostanzi kollha tal-kaz, u ghalkemm certi principji ghandhom jezistu, u fil-fatt jezistu ghas-soluzzjoni tal-istess, dawn certament ma humiex assoluti, u l-Qorti zgur li ma hijiex obbligata li tapplika l-istess, specjalment meta ir-rizultat tal-applikazzjoni taghhom ma jwassalx ghall-kumpens reali u adegwat.

In-numru ta' snin adottat bhala multiplier m'ghandux ikun bazat fuq l-aspettativa tal-hajja in generali tad-danneggjat izda fuq l-aspettativa tal-hajja lavorattiva tieghu u ghalhekk jittiehdu in konsiderazzjoni ic-chances and changes tal-hajja

Fir-rigward tar-riduzzjoni ghal-'lump sum payment' il-Qorti, ma ghandu jsir l-ebda tnaqqis fil-persentagg solitu ta' 20 fil-mijaghall-'lump sum payment' jekk ma jkunux ghaddew aktar minn tlett snin mid-data tal-prezentata tac-citazzjoni u jekk ikun ghadda dan il-perijodu allura ghandu jsir tnaqqis ta' 2% ghal kull sena minn dik id-data.

Ghalkemm bhala regola din l-evalwazzjoni ghandha tigi applikata, pero' certament mhux sine qua non stante li dan jiddependi hafna fuq ic-cirkostanzi tal-kaz de quo, hemm kazijietfejn lanqas dan il-persentagg ghall-lump sum payment lanqas ghandha titnaqqas, ghaliex lanqas tirrifletti r-realta' tad-danni sofferti, u din id-decizzjoni ghandha tkun imhollija f'idejn il-gudikantli jkun qed jezamina l-istess kaz fid-dettalji kollha tieghu, nkluz il-likwidazzjoni ta' danni sofferti.

B'telf ta' qliegh wiehed ma ghandux jifhem biss telf ta' salarju jew hlas iehor li huwa jircievi izda ghandu jinkludi l-ispejjez kollha li minhabba fl-infortunju l-persuna jkollha taghmel ghaliex hija se jkollha titlef dawn il-flus minhabba f'dan l-infortunju.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info