Reference: 1271/1995/1

Judgement Details


Date
21/03/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
BORG ANTHONY ET vs FALZON PAUL ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO SPOLII, ELEMENTI TA` - ACTIO SPOLII, META L-ISPOLL IKUN KOMMESS MINN KOMPROPRJETARJU - CITAZZJONI, META TIKKONTJENI TALBA SABIEX MANDAT TA` INIBIZZJONI JIGI KONFERMAT PERMANENTEMENT
Summary
Il-principji bazilari tal-azzjoni ta' spoll gew ikkonfermati diversi drabi fis-sentenzi nostrali, ibbazati fuq l-Artikolu 534 tal-kap 16 u l-Artikolu 791 tal-Kap 12 tal-Ligijiet ta' Malta, u huma bbazati fuq it-tlett rekwisiti tal-actio spolii u cioe`(i) possedesse; (ii) spoliatum fuisse; (iii) infra bimestre deduxisse.

(a) L-attur irid jipprova li fil-mument ta' l-ispoll, huwa kien fil-pussess tal-oggett spoljat, izda tali pussess ma hemmx bzonn li jkun pussess b'titolu ta' proprjeta` jew servitu`, izda anke purament materjali jew di fatto, izda mhux ta' mera tolleranza.

(b) L-istess pussess ma ghandux ikun ekwivoku u jrid ikun manifest, pero` pussess qasir hafna u sahansitramumentarju huwa bizzejjed biex jawtorizza l-azzjoni ta' spoll; b' dan li l-pussess ma kellux ikun ekwivoku u kellu jkun manifest. L-univocita` ta' tali pussess jew detenzjoni in fatti jehtieg li tirrizulta cara mill-fatti u tkun tali li tosta ghall-intenzjoni spolljattiva tal-pussess stess.

(c) Illi a bazi tal-Artikolu 791 (3) tal-Kap 12, il-Ligi tipprovdi tassattivament li l-Qorti ghandhatezamina biss il-fatt tal-pussess jew tad-detenzjoni u l-fatt tal-ispoll.

(d) Illi l-vjolenzamehtiega fl-ispoll hija biss dik li l-att ta' spoll ikun arbitrarju u kontra il-volonta` tal-pussessur b' mod li jista' jghati lok ghall-azzjoni ta' danni kontra min ikun ghamel dak l-att.

(e)Tali artikoli fuq citati huma ta' ordni pubbliku u ghalhekk ma humiex ammessi eccezzjonijiet hliefeccezzjonijiet delatorji.

(f) La l-Ligi u lanqas il-gurisprudenza ma jaffermaw il-principju li biex wiehed jirnexxi b' din l-azzjoni ta' spoll huwa ghandu jkollu pussess esklussiv. Anzi l-Qratinostrali dejjem ippremettew li ko-possessur jagixxi b'din l-azzjoni kontra ko-possessur iehor li jikkommetti spoll ghad-dannu tieghu u dan minhabba li l-azzjoni ta' spoll ghandha l-iskop li tipproteggi l-pussess u mhux il-pussess esklussiv. Huwa minnu li kull ko-proprjetarju ghandu d-dritt li jaghmel uzu u jgawdi l-haga li jkun ko-proprjetarju taghha, izda dan ma jfissirx illi ko-proprjetarju ghandu d-dritt fi kwalunkwe mument u bi kwalunkwe mod li jidhirlu xieraq jiddepriva lill-ko-proprjetarju iehor, li jkun qieghed jaghmel uzu mill-haga ossija proprjeta' qablu, milli jkompli juzaha. Tali agir xorta wahda huwa spoljattiv, bhal ma huwa spoljattiv l-att ta' sid li jitturba u jiddisturba lill-pussessur tal-haga kemm jekk dan huwa proprjetarju tal-haga jew le.

(g) L-azzjoni ta' spolltrid issir fi zmien xahrejn mid-data tal-kummissjoni tal-att spolljattiv. Meta tinghata l-eccezzjoni li l-azzjoni ta' spoll privileggjat ma saritx fiz-zmien preskritt mill-Ligi, il-prova ta' dan tinkommbi fuq l-eccippjenti ghaliex skond l-Artikolu 562 tal-Kap 12, l-obbligu tal-prova tal-fatt imissdejjem lil min jallegah.

Talba sabiex il-konvenut jigi inibit permanentement milli jaghmel xihaga ma tistax issir izda dak li jista' u ghandu jigi mitlub hu l-konferma ta' dritt kif jirrikjedil-Artikolu 843 tal-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili u liema dritt ikun gie kawtelat permezz ta' mandat ta' inibizzjoni li minn natura tieghu u wiehed kawtelatorju.

Kull mandat kawtelatorju min-natura tieghu stess, ghandu validita' u hajja, sakemm u biex il-kreditur ikollu opportunita' li jikkonkretizza l-kreditu tieghu f' titolu esekuttiv . u jippermetti jesegwixxi kreditu lib'hekk ma jkollux bzonn ta' aktar kawtela.

Ghalhekk ma tistax issir talba sabiex semplicimentjigi ikkonfermat mandat kawtelatorju. Ma hemm ebda fondament legali li tintalab konferma tal-Mandatkawtelatorju stante li il-ligi trid li mandati simili jigu msahhin u imwettqa b' citazzjoni, li tkun allura allaccata mal-pretensjoni tar-rikorrenti u mhux ma rikonferma ta' digriet gia moghti fil-kaz tal-mandat jew mandati. Certament ghalhekk tali talba hija improponibbli ghax ma hijiex kontemplata mill-ligi.

Barra minn hekk talba sabiex il-konvenut jigi inibit perpetwament milli jidhol f`fond partikolari hija ta' natura petitorja stante li tirrikjedi li l-atturi jippruvaw it-titolu taghhom u ghalhekk tehtieg necessarjament ezami ta' dak li huwa dritt petitorju, li jikkuntrasta sew mal-azzjoni ta' spoll.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info