Referenza: 411/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
21/03/2002
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
PACE RAYMOND C.
Partijiet
GAUCI LOUIS ET vs AWTORITA' TAL-IPPJANAR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ACTIO SPOLII, AGIR TAL-AWTORITA` TAL-IPPJANAR LI JAQA` FIL-PARAMETRI TAL-LIGI MA JAMMONTAX GHAL SPOLL
Fil-Qosor
L-Att dwar l-Ippjanar tal-Izvilupp jaghti d-dritt lill-Awtorita' tal-Ippjanar li tesegwixxi l-ordnijiet taghha u anke taghti l-pussess lill-istess sabiex tidhol fuq l-art indikata b'forza ta' ligi. Ghalhekk l-agir tal-Awtorita` ai termini tal-Ligi ma jistax jammonta ghal spoll.

Azzjoni ta` spoll hija azzjoni possessorja, u ghalhekk ma tista' qatt ikollha l-effett li tattaka l-ordnijiet legittimi mahruga mill-istess Awtorita' pubblika, li l-azzjonijiet taghha huma prottetti u sanzjonati b'ligi proprju sabiex tinzamm l-ordni fil-pajjiz, u dan huwa wkoll manifestat mill-artikolu 55 (2) tal-Kap 356 fejn jinghad li "l-ebda qorti" ma tista' twaqqaf lill-istess Awtorita' milli tezercita' xiwahda mis-setghat moghtija lilha b'dan l-artikolu "hlief bis-sahha ta' decizjoni ta' qorti kompetenti li l-avviz ta twettiq li bis-sahha tieghu l-Awtorita' tkun imxiet jew bi hsiebha timxi huwa nulljew li l-Awtorita' agixxiet skond id-disposizjonijiet ta' qabel ta' dan l-Att".




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni