Reference: 603/1999/1

Judgement Details


Date
22/03/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CAMILLERI GINO
Parties
MID-MED BANK PLC vs ELLUL (HOLDINGS) LIMITED ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
BANK, ECCEZZJONIJIET GHAL KUNFIDENZJALITA` BANKARJA
Summary
Fil-limiti imposti mill-ligi, fi proceduri fejn bank jitlob li klijent tieghu jigi kundannat ihallasammonti li huma allegatament dovuti bhala konsegwenza ta' facilitajiet bankarji koncessi lill-istess klijent, l-ufficjali u l-impjegati tal-bank m`humiex marbuta bis-sigriet professjonali jew bankarju.

Bank li jghamel kawza ta` dan it-tip, ghandu jkollu ghad-disposizzjoni tieghu dawk il-mezzi kollha u dawk il-possibilitajiet u l-opportunitajiet kollha sabiex jasal biex jipprova l-pretensjonijet tieghu.

L-artikolu 34(2) tal-Att dwar il-Kummerc Bankarju (Att XV tal-1994) jipprovdi li hadd ma jista jizvela informazzjoni dwar kontijiet bankarji. L-istess artikolu, pero', jghamel certi eccezzjonijiet ghal din ir-regola. Fost dawn l-eccezzjoni hemm li tali informazzjoni tista tinghata meta minn ikun qed jghati l-informazzjoni jkun fil-qadi tad-dmirijiet jew funzjonijiet tieghu.

L-artikolu 9 tal-Att dwar il-Protezzjoni tas-Segretezza Professjonali (Att XXIV tal-1994) jipprovdi ukoll li Qorti kompetenti tista, f'certi cirkostanzi u taht certi kondizzjonijiet, tawtorizza li tigi svelata informazzjoni koperta mis-sigriet professjonali.

Meta, f'kawza bhal din, ufficjali tal-bank jigu prodotti mill-istess bank biex jixhdu, huma jkunu ukoll fil-qadi tal-funzjonijietu tad-dmirijiet taghhom bhala ufficjali tal-istess bank. Ghalhekk dawn l-ufficjali jew impjegati tal-bank, f'kawzi ta` din in-natura, mhux vinkolati bis-sigriet bankarju. Dana sakemm huma jixhdu bissdwar il-kontijiet bankarji in kwestjoni fil-kawza u jizvelaw biss dak li hu strettament necessarjughar-rigward tal-prova li trid issir permezz tax-xhieda taghhom.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info