Referenza: 585/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
05/10/2001
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
VALENZIA GEOFFREY
Partijiet
ELLUL PHILOMENA vs ELLUL CHARLES PRO ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
SOCJETA` KUMMERCJALI, AZZJONIJIET OPPRESSIVI, INGUSTI U DISKRIMINATORJI - SOCJETA` KUMMERCJALI, DRITT TA` AZZJONIST LI JKUN RAPPREZENTAT FUQ IL-BORD TAD-DIRETTURI - SOCJETA` KUMMERCJALI, PROTEZZJONI TA` AZZJONISTI MINORITARJI - SOCJETA` KUMMERCJALI, TNEHHIJA TA` DIRETTUR
Fil-Qosor
Skond l-artikolu 140(1) ta' l-Att dwar il-Kumpaniji, kumpanija tista' tnehhi direttur qabel ma jghaddi z-zmien tal-kariga tieghu b'rizoluzzjoni li tittiehed f'laqgha generali tal-kumpanija u mghoddijaminn membru jew membri li jkollhom il-jedd li jattendu ghaliha u jivvotaw, li flimkien ikollhom mhux inqas minn hamsin fil-mija tal-valur nominali ta' l-azzjonijiet rapprezentanti u li jaghtu l-jeddghal vot fil-laqgha.

Il-ligi taghti d-dritt lil min ghandu l-maggoranza ta' l-ishma li jnehhidirettur. L-artikolu 140 ma jirrikjediex li jkun hemm raguni valida ghat-tnehhija ta' Direttur. Inoltre dan id-dritt hu imsahhah minn dak li hemm provvdut fis-sub-artikolu 2 ta' l-istess artikolu lid-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ghandhom japplikaw minkejja kull haga li tinsab fil-memorandum jew l-istatut tal-kumpanija jew f'xi ftehim bejnha u d-direttur.

Azzjoni bazata fuq l-artikolu 402 dwar il-Kumpaniji, ssir minn azzjonista kontra azzjonista iehor dwar allegati atti jew ommissjoni tal-kumpanija li jkunu jew x'aktarx ser ikunu oppressivi b'mod mhux gust, diskriminatorju kontra jew b'mod mhux gust ta' pregudizzju, ghal membru jew membri jew b'xi mod li jkunu kontra l-interessi tal-membri in generali.

Din l-azzjoni tipprevedi li l-azzjonijiet iridu jkunu oppressivi, ingusti u diskriminatorji. Ma jistax jinghad pero' li azzjoni bhal tnehhija ta' direttur li tinsab accettata u rikonoxxuta mill-ligi taht l-artikolu 140 tal-1995 tista' tkun oppressiva, ingusta u diskriminatorja.

Il-protezzjoni li jaghti l-artikolu 402 hi dik lill azzjonisti ta' socjeta'jipprotegu id-drittijiet taghhom fejn huma ma jkollhomx kontroll u minhabba f'hekk ikunu soggetti ghar-rieda ta' dawk li ghandhom ishma aktar. Din il-protezzjoni tapplika ghall azzjonista kemm jekk rapprezentat permezz ta' direttur u kemm jekk le. In-nuqqas ta' rappresentanza fit-tmexxija ta' kumpanija ma hux fih innifsu att opprimenti, ingust jew diskriminatorju ghax kieku hafna kumpaniji huma hekk. Li wiehed ikollu ishma f'kumpanija ma jaghtihx dritt assolut li jkollu rappresentanza fil-kumpanija. Il-protezzjoni gudizzjarja taht l-artikolu 402 ta' l-azzjonista minoritarju hi li dawk l-attikommessi minn min jikkontrolla l-ishma maggoritarji ma jaghmlux atti opprimenti, ingusti u diskrimintarji. It-tnehhija ta' direttur hi azzjoni prevvista u accettata mill-ligi, li ma tnaqqasx id-drittta' azzjonista minoritarju milli jikkontrolla l-operat ta' azzjonista' maggoritarju. It-tnehhija ta'direttur ma tistax tigi konsidrata bhala li tippregudika l-interess tal-azzjonista minoritarju billi d-drittijiet tieghu jibqghu impregudikati.

N.B. Din is-sentenza giet revokata mill-Qorti ta` l-Appell b'decizjoni datata 31 ta' Jannar 2003.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni