Referenza: 389/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
01/03/2002
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CARUANA DEMAJO GIANNINO
Partijiet
BORG NICIA PRO ET NOE vs DIRETTUR TAR-REGISTRU PUBBLIKU
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, DRITT FONDAMENTALI GHAR-RISPETT TAL-HAJJA PRIVATA - GHARFIEN TA` PATERNITA`
Fil-Qosor
Il-ligi civili, meta thalli lil min ighid illi huwa l-missier ta' wild naturali jaghraf il-paternita' b'att unilaterali - minghajr il-htiega ta' awtorizzazzjoni minn qorti - u hekk jiehu setghat u drittijiet dwar it-tarbija, ma tkunx qieghda b'hekk tippermetti indhil fir-relazzjoni ta' familja bejnl-omm u t-t-tarbija bi ksur ta' dak li jrid l-art. 8.

L-Artikolu 8 tal-konvenzjoni jpoggi fuql-istat l-obbligu li jirrispetta diversi interessi personali fosthom ir-rispett ghall-hajja privatau familjari. Dan l-obbligu pero' jirrikjedi li l-istat irid jilhaq bilanc fir-rispett bejn id-drittijiet u privileggi ta' kull cittadin u cioè bilanc bejn l-obbligu ta' l-istat li jipprovdi drittijiet u privileggi ghal kull individwu u l-obbligu li jipprotegi persuni minn agir ta' persuni privatiohrajn li jippruvaw jostakolaw it-tgawdija ta' dawn id-drittijiet.

Ghalkemm dan il-"bilanc" jxaqleb lejn min ighid illi huwa l-missier u kontra l-omm, madankollu dan l-apprezzament tal-legislatur ma jaqbizx il-limitu ta' dak il-margin of appreciation imholli fid-diskrezzjoni tal-legislatur, partikolarment meta tqis illi gharfien ta' paternita' aktar igib mieghu obbligazzjonijiet u dmirijietmilli jeddijiet u setghat, u ghalhekk x'aktarx illi ftit ikunu dawk illi leggerment sejrin jaghrfubhala taghhom wild haddiehor, u ghal dawk il-kazijiet eccezzjonali hemm rimedju bizzejjed.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni