Reference: 79/2001/2

Judgement Details


Date
21/02/2002
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
ARRIGO NOEL V.
Parties
IL-PULIZIJA vs MERCIECA JULIAN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ARTIKOLU 127 (2) TAL-KAP 10 - ARTIKOLU 13 (1) TAL-KAP 9 - ARTIKOLU 319 TAL-KAP 10 - ARTIKOLU 377 (3) TAL-KAP 9
Summary
L-Artikolu 127 (2) tal-Kapitolu 10 tal-Ligijiet ta' Malta jipprovdi illi ebda persuna ma jista' jzomm maqjel ghat-trobbija ta' naghag, baqar jew hniezer f'distanza ta' inqas minn 183 metru minn postijiet ta' abitazzjoni. L-Artikolu 121 (2) (i) tal-Kapitolu 10 tal-Ligijiet ta' Malta jipprovdi illiebda persuna ma jista' jzomm jew jippermetti li jinzamm akkumulu ta' hmieg jew demel.

L-Artikolu 319 tal-Kapitolu 10 tal-Ligijiet ta' Malta jistipula l-pieni applikabbli u jipprovdi illi minjinstab hati ta' ksur ta' xi wahda mill-kontravenzjonijiet imsemmija fil-Kodici tal-Ligijiet tal-Pulizija huwa soggett ghall-pieni stabbiliti mill-Kodici Kriminali ghall-kontravenzjonijiet, jew, jekkil-Qorti jkun jidhrilha illi l-offiza timmerita piena izjed harxa, jista' jehel multa u piena karcerarja ta' mhux izjed minn xahar.

L-Artikolu 7 (2) tal-Kapitolu 9 tal-Ligijiet ta' Malta jipprovdi illi l-pieni applikabbli skond il-ligi ghall-kontravenzjonijiet huma d-detenzjoni, l-ammendajew l-ammonizzjoni.

L-Artikolu 13 (1) tal-Kapitolu 9 tal-Ligijiet ta' Malta jistipula illil-ammenda massima li tista' tigi nflitta hija ta' Lm25 u dik minima ta' Lm3.

L-Artikolu 377 (3) tal-Kapitolu 9 tal-Ligijiet ta' Malta jipprovdi illi l-Qorti tista', minbarra l-piena, tordnalill-imputat sabiex entro terminu ta' zmien ragjonevoli illi jigi stipulat mill-Qorti, u f'kull kazmhux izjed tard minn tliet (3) xhur mid-data tas-sentenza, inehhi l-inkonvenjent, u fin-nuqqas jehel ammenda ta' mhux inqas minn zewg liri Maltin (Lm2) u mhux izjed minn ghaxar lir Maltin (Lm10) ghalkull jum ta' retard.

Din il-Qorti tosserva illi ma jistax jinghad illi kull meta l-Qorti tkun rinfaccjata zewg verzjonijiet differenti allura necessarjament tinholoq sitwazzjoni ta' kunflitt ta' provi illi ghandha twassal awtomatikament ghal-liberazzjoni ta' l-imputat minn kull imputazzjoniu htija, kif donnu jargumenta l-istess appellant.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info