Reference: 6/2010

Judgement Details


Date
30/11/2011
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
A vs IL-KUMMISSARJU TAT-TAXXA FUQ IL-VALUR MIZJUD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
L.N. 446 TA 2007 - TEATRU - TIFSIRA - VAT FUQ SHOWS TA NATURA KULTURALI
Summary
Quddiem il-Bord tal-Appell dwar it-Taxxa fuq il-Valur Mizjud, id-Dipartiment tal-VAT qal li l-istejjem tal-kaz in kwistjoni hargu wara li saret spezzjoni fuq il-post tan-negozju fejn instab li d-dhulghall-“Visual shows” (10am - 3pm) kien qed jigi ccargjat bir-rata mnaqqsa ta' 5% u mhux bir-rata ta'18% kif kien jigi ccargjat fil-kaz tas-“cinema” normali li jopera filghaxija.

L-appellant irribatta dan billi qal li l-attivita' li tirrigwarda l-“visual shows” hija wahda kulturali li tittratta fuq l-attrazzjonijiet tal-gzira ta' Ghawdex (Gozo 360) mil-lat turistiku. Huwa kompla jghid li jekk jintilef l-appell tinholoq “distortion of competition” bejn muzewijiet u attrazzjonijiet kulturali ohra u l-Kumpanija appellanti. Huwa rrefera ghal-Legal Notice 446 tal-2007 li tkopri d-dhul f'muzewijiet, art exhibitions, kuncerti u teatri u qal ukoll illi fil-Ligi (Skeda 8, Item 10) l-attivita'tal-Kumpanija mhix eskluza.

Id-Dipartiment tal-VAT irrefera ghal Annex 3 tad-Direttiva 2006/112/EC li taghti lill-Gvern il-fakulta` li japplika rati mnaqqsa f'certi cirkostanzi, izda l-attivita' tal-appellant ma gietx meqjusa mill-Istat bhala tali cirkostanza u allura ghandha tigi applikata r-rata massima.

Il-Bord wasal ghall-konkluzjonijiet :-
1. Li l-argument tal-appellant li x-“shows” maghrufa bhala “Gozo 360” huma meqjusa bhala attivita' kulturali huwa korrett.
2. Li l-argument tal-appellant fir-rigward ta' Skeda 8 mhux tenibbli ghaliex il-fatt li l-attivita' mhix eskluza ma jfissirx li hija awtomatikament inkluza.
3. Li r-rapport investigattiv tad-Dipartiment datat 31 ta' Jannar 2009 ukoll jiddeskrivi l-attivita' in kwistjoni bhala “depicting historical, religious, cultural and places of natural beauty on the island”.

Il-Bord dehrlu li l-intenzjoni tal-legislatur meta hareg il-Legal Notice 446 kien li “audio/visual shows” ta' natura kulturali jitqiesubhala attivita' “teatrali” u ladarba attivita' teatrali taqa' taht Item 10 li tghid “Id-dhul ghal muzewijiet, esibizzjonijiet artistici, kuncerti u teatri...,....,..5%”, allura I-appell ghandu jigi milqugh. Il-Kummissarju tat-Taxxa fuq il-Valur Mizjud appella minn din is-sentenza, fejn talab lill-Qorti sabiex in vista tal-aggravji minnu mressqa tilqa' l-appell tieghu u dan billi tirrevoka u thassar is-sentenza appellata.

L-aggravju tal-appellant huwa fis-sens li r-rappresentazzjonijietta' audio visual shows gewwa Victoria Ghawdex ma huma xejn ghajr films u ghalhekk ir-rata ta' VAT applikabbli ghall-istess hija dik ta' 18% u mhux 5% kif ritenut mis-socjeta' appellata u mid-decizjoni tal-Bord tal-Appell dwar it-Taxxa fuq il-Valur Mizjud u dan ghaliex jikkontendi li l-paragrafu 10tal-artikolu 3 tal-Avviz Legali ta' l-2007 ma jindikax tali attivita', li bazikament hija esebizzjoni ta' film, anke jekk ta' natura allegatament kulturali, bhala suggetta ghar-rata inqas ta' VAT ghaliex ma tikkonsistiex fi “dhul ghall-muzewijiet, esebizzjoni artisitici, kuncerti u teatri”.

Din il-Qorti thoss li l-appellant ghandu ragun stante li din il-Qorti thoss li tali attivita' organizzata mis-socjeta' appellanti anke jekk konsistenti f'slide show ma taqax taht l-ebda wahda mill-kategoriji msemmija f'paragrafu 10 tal-artikolu 3 tal-Avviz Legali ta' l-2007 u dan proprio ghaliex l-istess attivita' ma taqax taht id-deskrizzjoni ta' xi wahda mill-provisti ndikati fl-istess paragrafu li jirreferi biss ghad-dhul ghal muzewijiet, esebizzjonijiet artistici, kuncerti, u teatri, u b'hekk isewgi li d-dhul sabiex wiehed jara l-imsemmija slide show mertu tal-kawza odjerna ma tistax tikkwalifika dhul f'wiehed mill-postijiet jew skop indikat specifikament fl-istess provediment.

Hija l-opinjoni ta' din il-Qorti li certament ma jistax jinghad li tali attivita' tista' tigi kkunsidrata taht in-nomenklatura ta' teatru, ghaliex it-tifsira ta' teatru tinkorpora u tirreferi ghall-presentazzjoni attwali (“live performances”) u mhux esebizzjoni ta' films jew slide shows, kif inhu l-kaz odjern. Il-kuncett ta' teatru jinkorpora avvenimenti li jsehhu dak il-hin minn atturi, jew kantati live u certament mhux presentazzjoni ta' films jew slide shows, anke jekk koncess li huma ta' natura kulturali.

Il-Legislatur Malti ma riedx jinkorpora fil-ligi tieghu l-provisti kollha ndikati fil-paragrafu 7 tal-Anness 3 tad-Direttiva tal-Unjoni Ewropea 2006/112/EC, tant li fil-waqt li dan jirreferi ghall-iskop tal-artikolu 98 tad-Direttiva ghal “(7) dhul ghal wirijiet, teatri, cirkli,fieri, parks tad-divertiment, kuncerti, muzewijiet, zuijiet, cinema, esebizzjonijiet u avvenimenti ufavilitajiet kulturali simili”, fil-Ligi Maltija gew imsemmija biss uhud minn dawn l-postijiet u/jew avvenimenti u allura a contrario senso jirrizulta li dak li ma huwiex imsemmi huwa ghalhekk eskluz. Effettivament it-termini tal-Ligi Maltija hija cara dwar dan u lanqas hemm lok ta' ebda interpretazzjoni, ghaliex il-hsieb tal-Legislatur johrog car mill-kliem uzat (“ubi voliut dixit”), u f'dan il-kaz allura japplika l-principju “qui dicit de uno, negat de altero” jew “inclusione unios fit esclusionne alterius”.

Ghaldaqstant din l-Onorabbli Qorti tal-Appell tilqa' l-appell interpost mill-Kummissarju tat-Taxxa fuq il-Valur Mizjud fir-rikors tieghu, b'dan illi qed tigi riformata s-sentenza tal-Bord tal-Appelli dwar it-Taxxa fuq il-Valur Mizjud fl-ismijiet “A vs il-Kummissarju tat-Taxxa fuq il-Valur Mizjud” datata 8 ta' Lulju 2010 u dan billi:-

(1) Tikkonfermaha fejn gieritenut illi l-argument tas-socjeta' appellata fi Skeda 8 mhux tenibbli ghaliex il-fatt li l-attivita' mhix eskluza ma jfissirx li hija awtomatikament inkluza; u

(2) Tirrevokaha fil-kumplamenttaghha, u b'hekk,

(3) Tiddikjara li l-provista ghad-dhul ghal-cinema tas-socjeta' appellatainkluz dawk biex jintwerew il-films maghrufa bhala (Gozo 360) u generalment allura kull provista ta'kull dhul fl-istess cinema ghandha tithallas fuqha t-taxxa fuq il-Valur Mizjud normali ta' 18% u mhux dik ta' 5% kif sottomess mis-socjeta' appellata; u ghalhekk

(4) Tichad it-talba tas-socjeta' A ghall-kancellament tal-istejjem tal-Kummissarju appellant.

Bl-ispejjez taz-zewg istanzikontra s-socjeta' appellata.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info