Reference: 15/2005

Judgement Details


Date
27/10/2011
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
AGIUS ALFRED vs AWTORITA' TA' MALTA DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
RES JUDICATA, L-ECCEZZJONI
Summary
Huwa ritenut mill-gurisprudenza taghna, u wkoll minn diversi awturi, illi sabiex tirnexxi l-eccezzjoni tar-res judicata, irid ikun hemm is-segwenti tliet rekwiziti: eadem res - l-istess oggett, eademcausa petendi - l-istess mertu u eadem personae - l-istess partijiet, liema tliet elementi jridu jikkonkorru ghax fin-nuqqas ma jistax jinghad li l-haga hija l-istess. Dan ifisser li sabiex l-eccezzjoni tirnexxi jehtieg illi l-oggett tal-kawza ikun identiku ghal dak tal-ewwel decizjoni.

Jekkikun hemm tibdil fic-cirkostanzi, jigi li s-sentenza ta' qabel ma titqiesx ta' ostakolu ghar-riproposizzjoni tat-talba. Skont gurisprudenza pacifika dan hu maggorment hekk f'kawzi ta' separazzjoni jekk ikunu vverifikaw ruhhom fatti posterjuri jew sopravvenuti ghas-separazzjoni, u kawzi dwar lokazzjonijiet u l-istess principju indubbjament kapaci jigi prattikat u estiz ghall-kwistjonijiet ta' talbiet ghall-izvilupp.

Meta l-istess Qorti tapplika l-istess principji ghall-kaz odjern thoss lil-Bord tal-Appell dwar l-Ippjanar f'din id-decizjoni applika l-principju ta' res judicata b'mod korrett, u dan peress li t-tieni applikazzjoni sottomessa kienet tikkoncerna hrug ta' outline development ghall-izvilupp tal-fond tal-Grazzja, Triq iz-Zejtun, Birzebbuga P.A. 6460/00, li kien gja oggettta' applikazzjoni PA 0412/96 li kienet giet rifjutata, u kienet ukoll oggett ta' devizjoni tal-Bordtal-Appell dwar l-Ippjanar PAB 405/96 SMS datata 30 ta' Ottubru 2000, mentri din l-applikazzjoni tikkonsisti ghal sanzjonar tal-istess bini propost, u ghalhekk jidher li hemm l-istess mertu u oggettbejn il-partijiet izjed u izjed meta jirrizulta li meta saret l-ewwel applikazzjoni, l-bini kien diga sar u huwa l-istess bini mertu tal-kawza odjerna. Dwar l-istess tapplika l-istess ligi u policies,u l-appellant uza l-istess argumenti pretensjonijiet minnu vantati fl-ewwel kaz, inkluz il-vantazzjoni li la darba kien hemm boundary wall mela allura kellu johrog il-permess ghall-izvilupp imsemmi.Ghalhekk jezistu t-tlett elementi ta' res judicata cjoe' “eadem personae”, “eadem res”, u eadem cautio petendi”.

Ghaldaqstant l-appell qed jigi michud bl-ispejjez kontra l-appellant ghaliex id-decizjoni tal-Bord tal-Appell dwar l-Ippjanar fl-ismijiet premessi tad-9 ta' Dicembru 2005 hija gusta u timmerita konferma.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info