Reference: 1235/1991/3

Judgement Details


Date
15/01/2002
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, FILLETTI JOSEPH A., DEPASQUALE FRANCO
Parties
BUGEJA JOHN NOE vs KUMMISSARJU TA' L-ARTIJIET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
RITRATTAZZJONI, APPLIKAZZJONI HAZINA TAL-LIGI - RITRATTAZZJONI, DISPOSIZZJONIJIET KONTRA XULXIN - RITRATTAZZJONI, QERQ
Summary
Mhux kwalunkwe dolo jew ingann ta' parti kontra l-ohra jista' jaghti lok ghal rimedju straordinarjuta' ritrattazzjoni, izda meta minhabba r-raggiri jew l-attijiet frawdolenti tal-parti avversarja, dan ikun gie mqieghed fl-impossibilita' ta' difiza gusta u tajba.

Biex l-ingann jista' jaghti lok ghal ritrattazzjoni irid ikun gej minn wahda mill-partijiet fil-kawza u mhux minn min mhux atturjew konvenut avolja jkun xhud.

Ma jezisti ebda obbligu legali fuq il-parti f'kawza li tinforma lill-Qorti u lill-parti l-ohra fuq kull tibdil li jkun hemm fl-indirizz fejn kienet toqghod. De lege condenda dan hu awspikabbli li jigi mpost pero' sal-lum il-Ligi ma tirrikjedix din il-kortesija.Inoltre, biex jirrizulta l-element tal-qerq ghall-fini ta' dan is-subinciz, dan kellu jkun provat bhala att volut tal-parti biex tizvija b'ingann il-kors tal-gustizzja.

Hemm ukoll bazi ghar-ritrattazzjoni jekk is-sentenza tkun applikat il-ligi hazin. Ghall-finijiet ta' dan il-paragrafu, jitqies li kien hemm applikazzjoni hazina tal-ligi, fil-kaz biss li d-decizjoni, meta l-fatt kien tassewkif stabbilit fis-sentenza attakkata, ma tkunx skond il-ligi, basta li l-kwistjoni ma tkunx dwar interpretazzjoni ta' ligi, li fuqha l-Qorti tkun espressament tat decizjoni.

Jista' jkun hemm biss lok ghal ritrattazzjoni fuq din il-bazi jekk fuq dawk il-fatti, kif jirrizultaw provati, il-Qortiapplikat artikolu tal-ligi flok iehor li kellu jigi propjament applikat. Il-ligi espressament tipprevedi u l-gurisprudenza hi konkordi, li ma tistax tigi kontestata l-interpretazzjoni moghtija mill-Qorti fis-sentenza mpunjata li l-ligi li giet applikata ghall-fatti kif jirrizultaw provati.

L-ipotesi ta' applikazzjoni hazina tal-ligi tikkonkreta ruhha meta jkun hemm vjolazzjoni manifesta ta' ligi espressa u cara u mhux soggetta ghall-interpretazzjoni razjocinji jew argomenti.

Kawzadeciza b'sentenza moghtija fi grad ta' appell tista' tigi wkoll ritrattata jekk fis-sentenza jkun hemm disposizzjonjiet kontra xulxin.

Huwa mehtieg li dawk id-disposizzjonjiet jiddistruggu lilxulxin b'mod li ma jkunux jistghu jigu esegwiti kollha.

Il-kontradizzjoni allegata ma kellhiex tinstab fil-konsiderandi u fil-motivazzjoni tas-sentenza appellata, imma fid-disposittiv taghha.Kellu allura jkun hemm aktar minn disposittiv wiehed fid-decizjoni u li dawn iz-zewg disposizzjonijiet jew aktar kellhom ikunu kjarament inkompatibbli u rrikonciljabbli b'mod li jirrendu d-decide inezegwibbli.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info