Referenza: 19/1995/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
15/01/2002
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Partijiet
BONGAILAS MARCO vs MAGRI JOHN ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ACTIO PAULIANA, XERREJ FUQ KONVENJU JIKKWALIFIKA BHALA KREDITUR - KONVENJU, XERREJ HUWA KREDITUR GHALL-FINIJIET TAL-ACTIO PAULIANA
Fil-Qosor
L-effett principali tal-obbligazzjoni ta' dak li wieghed li jbiegh fuq konvenju hu li jaghmel il-bejgh. Jekk kien hemm xi mod legali li dan seta' jirrejalizza ruhu l-venditur kellu d-dritt li jesigibil-mezzi kollha disponibbli ghalih fil-ligi li dak li gie lilu mwieghed jinghatalu. Wiehed minn dawn ir-rimedji hija l-actio pauliana. Dan ir-rimedju moghti b'mod generiku u komprensiv lil kull minkien kreditur biex jesigi dan li kien lilu dovut, kellu japplika ghal min kellu favur tieghu wieghda ta' bejgh li certament kienet tikkreja obbligazzjoni fil-konfront tieghu.

L-obbligu ghall-hlas tad-danni mill-accettant iqum jekk il-bejgh ma jkunx jista' jsir mhux biss ghaliex materjalmentdan ma jkunx ghadu possibbli imma wkoll ma jkunx ghadu possibbli bl-applikazzjoni tar-rimedji guridici disponibbli lill-kompratur prospettiv tramite l-azzjonijiet gudizzjarji lilu kompetenti fosthom l-actio pauliana.

L-iskop tal-actio pauliana huwa li l-kreditur jitpogga fil-kondizzjoni li kien fiha qabel ma kien sehh l-att frawdolent a dannu tieghu. Ghalhekk l-effett tal-azzjoni huwa wiehed restitutorju.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni