Reference: 1874/1998/1

Judgement Details


Date
08/01/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
REGISTRATUR TAL-QRATI SUPERJURI vs AZZOPARDI DOMINIC
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DISPREZZ LEJN L-AWTORITA` TAL-QORTI, ELEMENTI TA` - DISPREZZ LEJN L-AWTORITA` TAL-QORTI, META MANDAT TA` INIBIZZJONI MA JIGIX NOTIFIKAT - DISPREZZ LEJN L-AWTORITA` TAL-QORTI, NATURA TAL-PROCEDURI - DISPREZZ LEJN L-AWTORITA` TAL-QORTI, ONERU TAL-PROVA - DISPREZZ LEJN L-AWTORITA` TAL-QORTI, ORDNI TAL-QORTI MA JISTGHAX JIGI INJORAT
Summary
Il-Ligi tiddisponi li certi atti jikkostitwixxu disprezz lejn l-Awtorita` tal-Qorti u tippreskrivi l-pieni li ghandhom jigu nflitti fuq min jinsab li jkun ikkommetta xi att minn dawk. F' dawn il-kazijiet il-ligi tispecifika l-pieni tac-canfira, ta' l-ammenda jew multa, jew tad-detenzjoni preskrittimill-Kodici Kriminali.

Mill-premess jidher car li dan il-procediment huwa ta' indoli kriminali. Il-fatt li l-istess procediment gie introdott b' citazzjoni, cioe` l-att li ordinarjament jintuza f' azzjonijiet civili, u ma jnehhi xejn min-natura kriminali. Ic-citazzjoni f' dan il-kaz ma hija xejn hlief it-tahrika ta' "l-akkuzat" biex jidher biex iwiegeb ghall-akkuza.

Stabbilit mill-ligi, aktar milli bl-iskop li tigi kustodita d-dinjita` tal-Qorti, biex tigi tutelata l-amministrazzjoni tajba tal-gustizzja.

Il-ligi tiddistingwi dwar diversi tipi ta' disprezz u cioe` l-postfejn tali att ikun allegatament sar, cioe` jekk hux quddiem il-Qorti jew banda ohra (Art 988 u 989tal-Kap 12), kontra min sar u cioe` jekk hux di fronte l-ufficcjal tal-Qorti jew haddiehor (Art 995), jew minn min (Art 996) b'dan li l-Qorti qed timmira li tolqot kull ghemil iehor li jitqies wiehedta' disprezz lejn l-Awtorita` tal-Qorti u mhux xi wiehed imsemmi fl-Artikolu 997. In-nuqqas ta' tharis tar-regolamenti jikkostitwixxi disprezz u l-penalitajiet moghtija jiddependu skond in-natura tad-disprezz.

Huwa ovvju, anke minn ezami anke superficjali tad-disposizzjonijiet applikabbli lid-distinzjoni basilari bejn l-imgieba mhux xierqa li ssir 'infaciem curiae' u dik li ma ssirx hekkhija netta u l-kazi huma trattati b'mod differenti u dana gustament. Fl-ewwel kaz, il-ligi trid taghti lill-gudikant ilmezzi biex immedjatament igib ghall-ordni lil min jittanta jfixkel il-kors tal-gustizzja u dana biex tassikura li xejn ma jimpediha milli tesercita d-doveri taghha b'intervent repentin u awtorevoli. Fit-tieni kaz fejn id-disprezz ikun sar barra mill-ambitu tal-proceduri quddiemha,il-ligi tipprovdi li jigi assikurat li min ikun akkuzat li jkun hati ta' disprezz lejn l-awtorita'tal-Qorti jinghata opportunita` shiha li jiddefendi ruhu minn din l-akkuza.

Wahda mis-setghatewlenin ta' kull Qorti hija dik li taghti ordnijiet lil xi hadd, kemm jekk biex dik il-persuna taghmel xi haga, jew biex dik il-persuna ma taghmilx xi haga. Il-ksur ta' kull ordni jikkostitwixxi disprezz ghall-awtorita` li, bis-sahha taghha, dik l-ordni tkun inghatat.

L-akkuza ta' disprezziggib maghha l-htiega li tigi ppruvata, minn min qieghed jixli, l-intenzjoni tal-persuna mixlija litisfida l-ordni tal-Qorti u b'hekk l-awtorita` taghha. Dik l-intenzjoni ma tiddependix minn jekk il-persuna mixlija tqisx l-ordni moghti lilha bhala wiehed korrett jew le: is-siwi ta' dik l-ordni, sakemm ma jithassarx b'ordni ohra tal-Qorti nnifisha, huwa raguni oggettiva li torbot lill-mixli li joqghod ghaliha, jaqbel jew ma jaqbilx maghha. Hekk jirrizulta ukoll anke jekk wara rrisulta li l-ordnital-Qorti kien wiehed null. Tali procedura ta' disprezz hija ntiza mhux biex l-attur jirbah xi hagaizda biss li tigi zgurata u mharsa l-amministrazzjoni tajba tal-gustizzja.

Persuna li ma tosservax mandat ta` inibizzjoni li pero` ma jkunx gie notifikat lilha ma tistax titqies hatja ta` disprezz.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info