Reference: 692/1999/1

Judgement Details


Date
04/01/2002
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Parties
ELLUL GODFREY vs AVUKAT GENERALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ARREST ILLEGALI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ARREST LI JSIR TARDIVAMENT - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ARTIKOLU 27 TAL-ORDINANZA DWAR IL-MEDICINI PERIKOLUZI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, DRITT GHALL-LIBERTA` U GHAS-SIGURTA` TAL-PERSUNA - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, KRITERJI GHALL-LIKWIDAZZJONI TA` KUMPENS - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, LIBERTA` PROVVIZORJA - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, PRIVAZZJONI TA` KURA MEDIKA LIL DETENUT - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, TRATTAMENT INUMAN JEW DEGRADANTI
Summary
L-art. 27 tal-Kap. 101 ma jhallix li min ikun mixli b'reat taht dik il-ligi jinghata helsien mill-arrest qabel ghoxrin jum, jew qabel ma tinghalaq il-kumpilazzjoni.

Dan l-Artikolu ghandu il-konsegwenza negattiva u anti kostituzzjonali illi ghal zmien statutorjament prefiss ma jhallix li l-Qorti tqis talba ghal beneficcju tal-helsien mill-arrest qabel ma jghaddi tali zmien u ghalhekk gie dikjarat li jikser is-subinciz 3 tal-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni Ewropeja.

Il-fatt li arrest isirferm wara li l-pulizija tkun gabret bizzejjed provi biex twettqu ma jirrendix di per se dak l-arrest wiehed illegali. Xorta wahda huwa mehtieg li jsir ezami jekk dak l-arrest ikunx sar bis-sahha tal-ligi u taht suspett ragjonevoli. Jekk jikkonkorru dawn l-elementi l-arrest ikun legali.

Metajinghata kumpens finanzjarju ghal vjolazzjoni ta` dritt fondamentali, dak il-kumpens kellu jirrifletti l-kostatazzjoni li kien hemm il-ksur tad-dritt fondamentali tar-rikorrent kif espress fid-decide.Naturalment hu veru wkoll li mhux kull ksur tad-dritt fondamentali hu tal-istess gravita'. Il-kumpens finanzjarju kellu jkun wiehed rejalistiku u aggornat mal-valur tal-flus.

Jekk ir-rikorrentkien jehtieg kura fl-Isptar u din il-kura ma nghatatlux, mela kien assoggettat ghal trattament inuman. L-allegazzjoni tat-trattament inuman kellha tigi provata fit-termini ta' dawk l-elementi kostituttivi tieghu li gew elaborati fil-gurisprudenza kostanti tal-Qorti Ewropeja u anke ta' dawk nostrani. Is-semplici fatt li Qorti tkun ordnat li r-rikorrent jinzamm l-isptar u dak l-ordni ma jkunx gie obdut per se ma jammontax ghal prova sufficjenti ta` trattament inuman.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info