Reference: 1334/1989/1

Judgement Details


Date
25/01/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCICLUNA DAVID
Parties
STAINES DR. ROBERT ET NOE vs ELLUL SULLIVAN CARMELO ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
GATE PASS OUT - REGOLAMENTI TAL-PORT, FRAZI DEJJEM A RISKJU BISS TAS-SID - TALLY SHEET
Summary
Ghaz-zewg mumenti fokali rigwardanti danni kagunati lil merkanzija trasportata bil-bahara hemm il-prova dokumentarja li ghandha juris tantum tkun deciziva. Meta l-merkanzija tigi skarikata minn fuq il-bastiment jigi kkompilat rapport fuq l-istat li fih tinzel il-merkanzija minn abbord - it-tally sheet; u ghat-tieni mument, qabel il-merkanzija tohrog mid-Dwana u tigi kkonsenjata lill-importatur, dan jirrilaxxja certifikat lill-Kontrollur tad-Dwana fuq l-istat tal-merkanzija li jkun qed jircievi -l-Gate Pass-Out;

Dawn iz-zewg dokumenti ghandhom jitqiesu bhala decizivi u li jorbtu l-partijiet kollha fil-kawza li ghandhom l-opportunita`, f'waqtha a tempo vergine, li jikkontrollaw u jipprecizaw ir-registrazzjoni ta' l-istat ta' fatt. Provi a posteriori ta' dawk iz-zewg mumenti m'ghandhomx valur kontra l-prezunzjoni juris tantum li dawk id-dokumenti huma veri u awtentici dokumenti li gew ikkompilati tempestivament u fil-mumenti opportuni.

Skond l-artikolu 90 tal-Port Regulations 1966 hemm specifikat illi l-vetturi ghandhom jinhaznu skond l-iskeda numru 13 ta' l-istess regolamenti, u cioe` fil-berah u at the sole risk of the owner. Ir-regolament ma jipprovdix ghar-relazzjoni tal-Cargo Handling u l-importatur, imma jipprovdi ghar-relazzjoni tas-Suprintendent ma' min jircievi l-ordni ta' l-istess Suprintendent, li fiz-zmien li sar - fl-1966 - kien ikun is-sid, waqt li llum post dan ittiehed mill-Cargo Handling li tinghata u tircievi l-ordni minghand is-Suprintendent. Il-Cargo Handling ghandha drittijiet u obbligi versu l-importatur li gejjin mill-funzjonijiet u l-attivitajiet li gew akkordati lilha u fost dawn l-obbligi hemm dak illi jekk ikollha f'idejha merkanzijali ma tistax tahzen, u jkollha zzomm fil-berah, trid thares l-istess merkanzija minn kull hsara litista' tigrilha minhabba dan il-fatt.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info