Referenza: 44/2010

Dettalji tas-Sentenza


Data
15/12/2010
Qorti
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Ġudikatura
MALLIA TONIO
Partijiet
BUXOM POULTRY LIMITED (C2388) vs KUMMISSARJU TAL-ARTIJIET ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KIRJA MTEMMA MINHABBA SKOP PUBBLIKU - TERMINAZZJONI TA KIRJA
Fil-Qosor
B'dawn il-proceduri, is-socjeta' rikorrenti tallega li f'Mejju tal-1972, akkwistat il-kirja ta' porzjoni art maghrufa bhala Tal-Cabocci, fil-limiti tal-Qrendi, proprjeta' tal-Gvern ta' Malta, u li b'dikjarazzjoni tal-President ta' Malta tat-23 t'April, 2010, giet terminata parti mill-kirja ghal skoppubbliku, u dana fit-termini tal-Att dwar it-Tigdid ta' Kiri ta' Raba' (Kap. 199 tal-Ligijiet ta' Malta).

Mhux qed jigi kontestat id-dritt tal-Gvern li jittermina kirja agrikola minn fuq proprjeta' tieghu, izda qed jigi allegat li, f'dan il-kaz, din it-terminazzjoni ma saritx verament ghalskop pubbliku, izda biex jigu vantaggjati u fl-interess ta' imprendituri privati.

Din il-Qorti tispjega li kien hemm zmien fil-passat fejn il-qrati ma kinux jindahlu fl-istqarrija tal-Gvern lihu kien qed jagixxi fl-interess pubbliku ghax kienet meqjusa bhala materja li tidhol fil-funzjoni tal-Gvern iure imperii. Eventwalment, meta l-kuncett tad-drittijet fundamentali beda jigi apprezzat aktar, il-Qrati taghna, fil-kompetenza taghhom Kostituzzjonali, bdew jisindikaw tali dikjarazzjoni, ghax tehid ta' proprjeta' jew terminazzjoni ta' kirja mill-Gvern li ma jkunux saru verament ghal skoppubbliku, bdew jigu meqjusa bhala atti li jilledu d-drittijiet fundamentali tal-persuna milquta. Dan beda jsir minn dawn il-Qrati, peress li skond il-ligijiet allura vigenti, ma kienx hemm rimedju ordinarju kontra agir bhal dan.

Ricentement, pero', il-Legislatur haseb biex dan ir-rimedju straordinarju ta' natura Kostituzzjonali jigi inkorporat fil-ligi u moghti bhala rimedju ordinarju. Rimedju straordinarju taht il-Kostituzzjoni huwa, ftit jew wisq, ta' “imbarazz” ghall-Gvern ghax ifisser li jkun naqas milli jipprovdi lic-cittadin bir-rimedji opportuni f'kaz ta' allegazzjoni li gew lezi d-drittijiet tieghu. Meta l-Gvern jipprovdi rimedju effettiv, m'ghandux ikompli jigi “imbarazzat”,billi dan ir-rimedju provdut jigi injorat u minflok dak li jkun jirrikorri mill-ewwel ghal xi tip ta' rimedju straordinarju.

Biex jista' jinghad li kirja intemmet ghal skop pubbliku, irid jigi muri mhux biss li kien hemm ghan legittimu wara dik il-mizura, izda ukoll li nzamm sens ta' proporzjonalita', u jekk ma jigux sodisfatti dawn iz-zewg kriterji, l-agir ma jkunx jista' jitqies li sarghal skop pubbliku. Dak li jrid l-interess generali, fi kliem iehor, hu li l-mizura tkun fl-interesstas-socjeta' in generali u li tinzamm proporzjonalita' bejn dan l-interess u d-drittijiet tal-privat; jekk il-privat isofri “a disproportionate and excessive burden”, ma jistax jinghad li l-iskop pubbliku ken milqugh.

Il-Bord tal-Arbitragg dwar Artijiet, imwaqqaf bil-ligi, ghandu fl-interpretazzjoni tieghu ta' x'inhu “l-iskop pubbliku” iqis dak li tghid il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fir-rigward u ghalhekk tikkunsidra l-margni wiesgha ta' diskrezzjoni mholli f'idejn l-awtoritajiet u l-element ta' proporzjonalita'. Biex l-iskop pubbliku jkun legittimu “a measure must be both appropriate for achieving its aim and not disproportionate thereto” ( “James and others vs UnitedKingdom”, deciza mill-Qorti Ewropea fil-21 ta' Frar, 1986). Dawn huma zewg branki tal-istess indagini li jkun irid isir, ghax ikun kontro-sens li dawn il-hwejjeg jigu mistharrga minn zewg tribunali differenti, meta fil-verita', jirriflettu ghan wiehed, u cioe', l-iskop pubbliku tal-mizura li ttiehdet mill-awtoritajiet.

Kemm ir-rimedju “kostituzzjonali” jew “konvenzjonali” huma rimedji li wiehed jghaddi biex jirrikorri ghalihom fejn ma jkunx jista' jintalab u jinghata rimedju xieraq b'modiehor. F'dan il-kaz intwera li kien jezisti rimedju iehor li kien tajjeb u effettiv, u jekk is-socjeta' rikorrenti naqset li taghmel uzu minnu - u ma giex muri raguni valida ghala dan sar - ma tistaxissa tipprova tikseb l-istess rimedju minn din il-Qorti.

Ghaldaqstant, a tenur tal-artikolu46(2) tal-Kostituzzjoni u l-artikolu 4(2) tal-Kap. 318 tal-Ligijiet ta' Malta, din il-Qorti tiddeklina milli tezercita s-setghet taghha ghar-raguni li r-rikorrenti kellha mezz xieraq ta' rimedju tahtligi ordinarja ohra ghall-ksur tal-jeddijiet taghha kif minnha allegat, u b'hekk tillibera lill-intimati mill-osservazzjoni tal-gudizzju.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni