Reference: 1619/1994/1

Judgement Details


Date
09/02/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Parties
SPITERI JOSETTE NEE' SCICLUNA vs SPITERI GEORGE
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
ZWIEG, IMPORTANZA TAL-PRINCIPJI GENERALI TAD-DRITT CIVILI RIGWARDANTI L-KUNSENS - ZWIEG, NULLITA` MINHABBA DIFETT SERJU TA` DISKREZZJONI TA` GUDIZZJU - ZWIEG, NULLITA` MINHABBA ESKLUZJONI POSITTIVA TAZ-ZWIEG JEW TA` XI WIEHED MILL-ELEMENTI ESSENZJALI - ZWIEG, NULLITA` MINHABBA VJOLENZA MORALI, FIZIKA JEW BIZA`
Summary
F'kawza ta' annullament anki jekk ikun hemm ammissjoni da parti tal-konvenut il-Qorti mhix ezoneratamilli tisma', u naturalment, tezamina u tivvaluta, il-provi sabiex tassigura ruhha li hemm veramentbazi legali ghall-annullament mitlub.

Ikun hemm id-difett serju ta' diskrezzjoni ta' gudizzju fis-sens tal-paragrafu (d) tas-subartikolu (1) ta' l-Artikolu 19 tal-Kap 255, kemm-il darba jirrizulta li, fil-mument ta' l-ghoti tal-kunsens parti jew ohra tkun priva b'mod sostanzjali, ossia gravi, minn dik il-fakolta' kritiko-estimattiva jew kritiko-valutattiva dwar l-oggett tal-kunsens taz-zwieg, jew minn dik il-maturita' affettiva li hija presuppost ghal ghazla libera dwar l-imsemmi oggett. Id-difett serju ta' diskrezzjoni ta' gudizzju, ghalhekk, ma hux semplicement nuqqas ta' hsieb, nuqqas ta' riflessjoni; anqas ma jfisser li wiehed jaghmel ghazliet jew jiehu decizjonijiet zbaljati- infatti decizjoni jew ghazla zbaljata hi perfettament kompatibbli ma' diskrezzjoni ta' gudizzju.

Li parti fiz-zwieg ma tkunx fehmet sufficjentement, fis-sens li ma tkunx hasbet bizzejjed jewma tkunx irriflettiet bizzejjed fuq il-hajja mizzewga jew fuq id-drittijiet u d-dmirijiet essenzjali tal-hajja mizzewga ma jammontax necessarjament ghal difett (serju) ta' diskrezzjoni ta' gudizzju.

Biex ikun hemm in-nuqqas jew difett serju ta' diskrezzjoni ta' gudizzju kif ravvizat fl-Art.19 (1) (d) irid ikun hemm l-inkapacita' psikika (mhux necessarjament anomalija psikologika fis-sensmediku/psikjatriku) jew kostituzzjonali li wiehed jaghraf u jirrifletti, u li jiddeciedi liberament,fuq l-oggett tal-kunsens matrimonjali.

Ikun hemm difett serju ta` diskrezzjoni tal-gudizzjumeta tigi riskonstrata xi wahda minn dawn il-kundizzjonijiet: (1) ikun hemm nuqqas ta` gharfien sufficjenti tal-oggett tal-kunsens li wiehed ikun qed jaghti hu u diehel fiz-zwieg; (2) meta l-parti kontraenti tkun ghadha ma kisbitx ammont sufficjenti ta` riflessjoni li tkun proporzjonata mar-rapportkonjugali, jigifieri riflessjoni kritika approprjata ghaz-zwieg; jew (3) meta wahda mill-partijietkontraenti hija michuda mill-liberta` interjuri, jigifieri, dik il-kapacita` li tiehu decizjoni billi tqis l-motivi u minn naha tar-rieda, il-liberta` (awtonomija) minn kull forza interjuri.

Biex jigi ravvizat id-difett kontemplat fil-paragrafu (f) tas-subartikolu (1) ta' l-Artikolu 19 tal-Kap 255. (is-simulazzjoni tal-kunsens) dana d-difett irid jigi ppruvat, sal-grad li trid il-ligi f'kawzi civili, li fil-mument tal-ghoti tal-kunsens matrimonjali, il-parti in kwistjoni (jew z-zewg partijiet jekk l-allegazzjoni tkun fil-konfront tal-kunsens tat-tnejn) tkun eskludiet b'att posittiv tal-volonta' iz-zwieg innifsu jew element essenzjali tal-hajja mizzewga jew id-dritt ghall-att taz-zwieg.

Biex jista' jinghad li l-kunsens ikun ivvizzjat bil-vjolenza jew bil-biza' fis-sens tal-ligi taghna jehtieg li dik il-vjolenza jew biza' tkun tali li mhux biss akkumpanjat il-kunsens izda iddeterminat kompletament l-ghoti ta' dak il-kunsens.

Il-biza' in kwistjoni, naturalment, tridtkun ta' certa portata b'mod li tkun tista' tiddetermina kompletament l-ghoti ta' dan il-kunsens.Biex wiehed jara jekk tezistix din il-biza' wiehed irid jara l-fatti u c-cirkostanzi kollha, sew dak li pprecedew iz-zwieg kif ukoll dawk aktar vicin u qrib id-data taz-zwieg. Jista' jizdied ukollli bhal ma l-vjolenza kontemplata fl-Artikolu 977 tal-Kodici Civili trid tkun vjolenza esterna, pero' mhux necessarjament gejja mill-konteraent l-iehor, hekk ukoll il-vjolenza morali jew biza' in dizamina irid ikollha kawza esterna ghall-persuna li tkun qed tissubixxi dik il-vjolenza jew biza.

Il-principji tad-dritt civili rigwardanti l-kunsens ghandhom jigu applikati f'kawzi ta' annullament u m'ghandiex issir referenza esklussiva ghall-principji tad-dritt kanoniku.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info