Reference: 392/1998/1

Judgement Details


Date
23/02/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
FILLETTI JOSEPH A.
Parties
MIDDLE SEA INSURANCE CO. LTD. vs LAUDI JOHN
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
INCIDENT TAT TRAFFIKU; HABTA BEJN ZEWG KAROZZI
Summary
Minn ezami maghmul minn din il-Qorti ta' Appell jirrizulta li l-kaz in ezami, habta bejn zewg vetturi, kien ikkaratterizzat minn certu ammont ta' diffikolta' sabiex jigi rizolt, naha jew ohra, mhux biss 'il ghaliex inghataw zewg verzjonijiet konfliggjenti imma wkoll ghar-raguni li z-zewg vetturi involuti fil-habta ma baqghux weqfin kif sehh l-impatt imma sfaw imcaqalqin mil-lok tal-incident fuq ordni tal-pulizija. Veru li sar rapport ta' okkorrenza u skizz tal-habta izda dan l-iskizz kien wiehed "immaginarju", maghmul cioe' fuq dak li rriskostruwixxa, u mhux kejjel, PS 1404 Anthony Cutajar likien investigaha.

Il-Qorti qieset il-fatt li l-ewwel Qorti kienet fl-ahjar qaghda li tikkontrolla l-provi migjubin quddiemha. Minbarra dan pero' din il-Qorti ma hijiex tal-fehma li l-kostatazzjonijiet tal-ewwel Qorti ma kienux f'lokhom. Il-verzjoni moghtija mill-appellant hija ferm anqas attendibbli minn dik attrici. Josephine Pizzuto ma kellhiex ghalfejn twaqqaf il-vettura taghha li kieku l-affarijiet sehhew kif imsemmi mill-appellant. Veru li l-iskizz huwa wiehed maghmul "ex post facto" u b'mod immaginat izda kien ukoll imsejjes fuq dak li rrizulta "a tempo vergine" lill-ufficjaltal-pulizija in kwistjoni.

Fil-fehma tal-Qorti ma hemm xejn li jinduci lil din il-Qorti li tvarja b'xi mod l-evalwazzjoni u l-kostatazzjonijiet ta' fatt maghmulin mill-ewwel Qorti fis-sentenzaappellata.

Ghaldaqstant, din il-Qorti tiddeciedi billi, filwaqt li tikkonferma s-sentenza appellata fl-ismijiet premessi mill-Qorti tal-Magistrati fit-18 ta' Frar 2000, tichad l-appell tal-konvenut bl-ispejjez taz-zewg istanzi kontra tieghu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info