Reference: 351/2001/1

Judgement Details


Date
31/10/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
GALEA MARIO ET vs CASHA RENALD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPALT - KLAWSOLA PENALI, DISKREZZJONI TAL-QORTI LI TTAFFI L-PENALI - KLAWSOLA PENALI, NATURA TA` - KLAWSOLA PENALI, TINTEMM META L-FTEHIM PRINCIPALI JINTEMM
Summary
F'kuntratt ta' appalt hekk kif, min jaghti x-xoghol, jgharraf lill-appaltatur li jrid item il-ftehim, dak l-avviz iservi biex iholl minnufih il-kuntratt, minghajr il-htiega tal-ebda awtorizzazzjoni jew konferma minn xi qorti.

Illi l-ftehim li jistabilixxi l-hlas ta' penali ghan-nuqqas ta' twettieq f'waqtu ta' obbligazzjoni li tintrabat biha wahda mill-partijiet jiddependi fuq il-validita'tal-ftehim principali. Il-klawsola penali hija ghamla ta' danni pre-likwidati li biha l-appaltant (jew kreditur tal-obbligazzjoni) jehles mill-obbligu li jipprova li garrab hsara, ghaliex jistrieh biss fuq il-fatt li l-appaltatur (jew id-debitur tal-obbligazzjoni) ma jkunx wettaq fil-hin dak li ntrabat mal-parti l-ohra li jaghmel.

Illi fejn il-klawsola penali tkun giet miftehma minhabba d-dewmien, l-effetti taghha ghandhom jibdew isehhu minn dak inhar li tghaddi d-data miftehma ghat-twettiq tal-obbligazzjoni, u mhux minn dak inhar li jkun sar il-ftehim li l-klawsola penali taghmel bissparti minnu.

Minkejja li l-imposizzjoni ta' penali jista' jkollha effetti horox fuq il-konvenut, il-Qorti ma tistax tindahal una volta li hemm ftehim validu bejn il-partijiet li fid-deher huwavalidu.

Minhabba li l-klawsola penali hija accessorja ghall-ftehim ewlieni, jekk kemm-il darba l-ftehim ewlieni jintemm, tintemm mieghu l-imsemmija klawsola b'effett minn dak inhar li jintemmil-ftehim li hija taghmel parti minnu. Mat-tmiem taghha, jieqfu wkoll ghalhekk l-effetti taghha, billi ladarba l-obbligazzjoni li kienet intalbet ma hijiex mistennija li tigi izjed imwettqa minhabbal-hall tal-ftehim, daqstant iehor ma jaghmilx sens li jibqghu fis-sehh l-effetti ta' klawsola li tikkastiga d-dewmien fit-twettiq ta' dik l-obbligazzjoni.

Hawnhekk, il-Qorti, fin-nuqqas ta' certezza jew prova ahjar, qieset il-jum li fih l-atturi esercitaw il-jedd li jtemmu l-appalt bhala dakinhar li fih ressqu l-Att tac-Citazzjoni peress illi l-ewwel talba taghhom kienet ghar-radd tad-depositu mhallas lill-konvenut, liema talba kienet kjarament tindika r-rieda tal-atturi li jtemmu l-ftehim mal-konvenut.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info