Reference: 1152/1986/1

Judgement Details


Date
20/02/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
AGIUS CARMEL A., ARRIGO NOEL V., CARUANA DEMAJO GIANNINO
Parties
VELLA ALPHONSE MARIA ET NOE vs MALLIA CARMELO SIVE CHARLES
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
AZJENDA KUMMERCJALI, LOKAZZJONI TA` - AZJENDA KUMMERCJALI, NATURA KUMMERCJALI - AZJENDA KUMMERCJALI, NATURA MOBILJARI - AZJENDA KUMMERCJALI, PATT KOMMISSORJU - LOKAZZJONI, RILOKAZZJONI TACITA
Summary
L-Artikolu 1536 tal-Kap 16 jipprovdi li jekk, meta jaghlaq iz-zmien tal-kiri, il-kerrej jibqa' u jigi mholli fit-tgawdija tal-haga mikrija lilu, jinghadd li l-kiri gie mgedded taht l-istess kondizzjonijiet u bl-istess jeddijiet u obbligi, ghal zmien meqjus kif jinghad fl-artikolu 1532, minbarra ghaldak li hu raba, illi l-kiri tieghu jinghadd imgedded ghaz-zmien li hu mehtieg ghall-gabra tal-frottijiet ta' sena: Izda, jekk il-kera jithallas b'rati, il-kiri, hlief fil-kaz ta' raba, jinghadd imgedded ghaz-zmien tal-hlas ta' rata wahda.

L-Artikolu 1532 (a) tal-Kap. 16 jipprovdi li l-kiri ta' bini jew ta' haga mobbli jitqies maghmul ghal zmien li ghalih hu meqjus il-kera, jigifieri, ghalsena, jekk il-kera jkun gie miftiehem tant fis-sena; ghal xahar jekk il-kera jkun gie miftiehem tant fix-xahar; ghal gurnata, jekk ikun gie miftiehem tant kull jum.

L-Artikolu 1537 tal-Kap. 16 jipprovdi li "Meta sid il-kera jkun ta avviz lill-kerrej biex ihalli l-haga luq taz-zmien tal-kiri, il-kerrej ma jistax jeccepixxi t-tigdid tacitu tal-kiri, kif jinghad fl-ahhar artikolu qabel dan,lanqas jekk ikun issokta fit-tgawdija tal-haga."

L-Artikolu 1568 tal-Kap. 16 jipprovdi illi:"Izda, ghal dak li hu bini, meta z-zmien tal-kiri hu prezunt kif jinghad fl-artikolu 1532, il-kiri ma jispiccax bl-eghluq taz-zmien kemm-il darba sid il-kera ma jaghtix avviz lill-kerrej, jew dan lildak, mill-anqas xahar qabel, jekk iz-zmien prezunt tal-kiri hu ghal sena, jew hmistax-il gurnata qabel, jekk dan iz-zmien hu ghal anqas minn sena."

L-universitas ta' dak li jikkonprendi l-avvjament huwa kkonsidrat fil-gurisprudenza taghna ta' natura mobiljari u mhux immobiljari u ghalhekk mahemmx ghalfejn isir b'kitba privata ai termini tal-Artikolu 1233 (e) tal-Kodici Civili.

Azjenda kummercjali ma hijiex haga immobbli izda ghandha natura mobbiljari.

L-Artikolu 1068 tal-Kodici Civili jipprovdi illi: "Il-kondizzjoni resoluttiva tinghad dejjem bhala li giet maghmulha fil-kuntratti bilaterali, fil-kaz li wahda mill-partijiet tonqos ghall-obbligazzjoni taghha."

Kirja ta' avvjament hija ta' natura kummercjali u allura japplika l-Artikolu 117 tal-Kodici tal-Kummerc, Kapitolu 13 tal-Ligijiet ta' Malta: fil-kuntratti kummercjali, il-kondizzjoni resoluttiva tacita msemmija fl-Artikolu 1068 tal-Kodici Civili tholl il-kuntratt ipso iure, u l-Qorti ma tistax taghti zmien lill-konvenut sabiex jigi mehlus mill-mora.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info