Reference: 1551/1992/1

Judgement Details


Date
09/02/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI JOSEPH D.
Parties
BUSIETTA ADRIAN NOE vs ATTARD MARCO
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO CAMBIARIA, ECCEZZJONIJIET AMMISSIBBLI - ACTIO CAMBIARIA, OBBLIGAZZJONIJIET INDIPENDENTI - KAMBJALA, NATURA TA` - RES JUDICATA, EADEM CAUSA PETENDI - RES JUDICATA, EADEM RES - RES JUDICATA, ELEMENTI TA` - SENTENZA, DISPOSITTIV TA` - SENTENZA, MOTIVAZZJONI TA`
Summary
Biex tigi milqugha l-eccezzjoni tar-res judicata huwa necessarju li jikkonkorru tlett elementi: (1)L-istess partijiet - eadem persona; (2) L-istess oggett - eadem res, u (3) L-istess kawzali - eademcausa petendi.

Il-gjudikat jifforma ruhu mhux biss ghar-rigward ta' dak li gie diskuss espressement imma anki ta' dak li messu gie diskuss u ma giex diskuss mill-parti li kellha tidduskutih biex issostni d-domanda jew l-eccezzjonijiet taghha. Il-gjudikat ma jigix nieqes minhabba d-diversita'ta' motivi tal-causa petendi.

Hemm lok ghall-eccezzjoni tal-gjudikat anki meta l-mertu tal-kawza ghalkemm distint minn dak ta' qabel jifforma parti mill-istess haga, jekk il-punt kontrovers ikun l-istess u hemm gjudikat implicitu meta d-decizjoni tkun konsegwenza necessarja tad-disposizzjoni espressa ghax il-volonta' tal-gjudikant tista' tittiehed anki mill-konsiderandi tas-sentenza.

Hu pacifiku li l-gjudikat jassorbixxi kull eccezzjoni li l-mertu ghall-azzjoni kien messha jew setghet giet sollevata in relazzjoni ghall-azzjoni stess.

Ma jistax ikun lecitu lill-appellant li jerga' jipproponi l-istess domanda biex jinnewtralizza l-istess decizjoni precedenti billi jgib'il quddiem ragunijiet u provi li kien jaf bihom u li seta u messu igib fil-kors tal-process l-iehor. Jekk ma jaghmilx hekk, imputet sibi u l-imsemmija sentenza ma tistax tigi injorata u mqeghda fil-genb ghar-ragunijiet pre-ezistenti.

Hu pacifiku li l-gjudikat johrog mid-dispozittiv tas-sentenza. Hu veru li biex jigi interpretat tajjeb id-dispozittiv, jixraq li jigi raffrontat mal-motivazzjoni li hu wkoll parti mid-decizjoni, ghad li minnha ma johrogx gjudikat, kif hu wkoll veru illi t-termini generici tad-dispozittiv jistghu jigu ristretti mill-parti konsiderattiva tas-sentenza.

Id-disposittiv tas-sentenza ma jistghax jittiehed separatment mil-motivazzjoni tal-istess sentenza imma jrid jigi definiti u spjegat mill-motivazzjoni.

L-"exceptio iudicati" ghandha bhala fundament taghha interess pubbliku u hija ta' interpretazzjoni strettissima u f'kaz ta' dubju il-gjudikant ghandu jaqta' kontra din l-eccezzjoni.

L-azzjoni kambjarja hija azzjoni awtonoma u dakli ghandu jigi rigwardat t'azzjoni simili - salv naturalment il-kazi kongruwi fejn xi eccezzjoni ta'indoli rejali tkun tirrikjedi li jsir mod iehor - huwa bhala regola r-relazzjoni bejn it-trajent ut-trattarju kif emergenti mill-wicc fil-kambjali stess.

Kambjala tohloq obbligazzjoni ta' natura partikulari ghaliex hija wahda indipendenti mill-causa obbligiationis.

Tant hija awonoma u indipendenti l-azzjoni kambjarja mill-obbligazzjoni li originat minn negozju li ta lok ghall-hrug taghha, li l-ligi stess, tirrestringi l-eccezzjonijiet li setghu jinghataw f'azzjoni ghall-pagament taghha. L-Artikolu 198 tal-Kodici ta' Kummerc jipprovdi illi setghu biss jinghataw azzjoni kambjarja :- (1) L-eccezzjonijiet li huma personali ghall-possessur tal-kambjala li ma jistghux idewmu l-hlas taghha jekk ma jkunux dwar krediti likwidi u li jistghu jinqatghu malajr fil-kawza li tkun miexja. (2) Li jekk dawn l-eccezzjonijiet ikunu jintiegu ezami fit-tul is-smiegh taghhom isir f'kawza ghaliha u sadanittant il-kundanna ghall-hlas tal-kambjala bil-garanzija jew minghajrha, skond kif jidhrilha l-Qorti, m'ghandhiex tkun imdewma.

Filwaqt li hu minnu illi "l-eccezzjonijiet personalihuma opponibbli ghall-possessur tal-kambjali li qed jitlob il-hlas taghha u jistghu jirrigwardaw tant l-origini tal-obbligazzjoni kemm l-ezercizzju taghha", u dan a vantagg tal-konvenut kjamat biex jonora l-kambjala, kellu jkun ovvju li l-oggett tal-azzjoni kambjarja ma setax u m'ghandux ikun konfuzmal-oggett li kien jifforma l-obbligazzjoni naxxenti minn negozju u li ta lok ghall-hrug taghha. Il-ligi stess, proprju bl-insistenza fuq l-awtonomija tal-azzjoni kambjarja u bil-limitazzjoni tal-eccezzjonijiet li setghu jinghataw ghaliha, kif ukoll bl-insistenza fuq l-ispeditezza fid-determinazzjoni tal-azzjoni, kienet tiddistingwi u ssalva n-negozju originali li jibqa' soggett ghall-verifika ukontestazzjoni, anki wara li tkun giet determinata l-azzjoni kambjarja u anki wara li tkun giet onorata l-kambjala b'konsegwenza tal-esekuzzjoni ta' sentenza fuqha motghija.

L-Artikolu 198 tal-Kodici tal-Kummerc precitat infatti necessarjament jimplika illi eccezzjonijiet li kienu ta' naturapersonali ghall-possessur u li allura setghu joriginaw min-negozju li ta lok ghall-hrug tal-kambjala u li setghu idewmu d-determinazzjoni tal-azzjoni kambjarja, kellhom bhala regola jigu skartati. Dan dejjem salv id-dritt li tali eccezzjonijiet jistghu jigu ventilati f'azzjoni li tikkontesta n-negozju originali.

Sentenza dwar il-validita' ta' kambjala ma tistax tintuza bhala bazi ghall-eccezzjoni tar-res judicata f'kawza fejn ikun qed jigi kunsidrat in-negozju li minnu tkun originat il-kambjala (the underlying contractual obligation).

Ghandu jkun aktar minn car u ovvju illi unavolta l-Qorti tkun iddegretat li ma kienux jezistu l-kambjalijiet ghall-fini tal-ligi billi dawn kienu irritwali ghax difettuzi fil-forma kellha f'kull kaz tinsorgi l-obbligazzjoni originali li temergi mir-relazzjoni kontrattwali li, kif inghad, kellha ezistenza indipendenti u awtonoma mill-azzjonikambjarja maghha konnessa.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info