Reference: 781/1996/1

Judgement Details


Date
09/02/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH
Parties
BORG HELEN ET vs ONOR. PRIM MINISTRU ET
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
IMPJIEG, GURISDIZZJONI TAL-QRATI LI JISSINDAKAW DRITTIJIET U OBBLIGI DERIVANTI MILL-KUNTRATT BEJN IL-GVERN U L-IMPJEGATI TIEGHU - IMPJIEG, NATURA TA` SERVIZZ MAL-GVERN - STHARRIG TA` EGHMIL AMMINISTRATTIV, RELAZZJONIJIET BEJN IL-GVERN U L-IMPJEGATI TIEGHU
Summary
Is-subinciz (6) ta' l-artikolu 469A tal-Kap 12 jiddisponi illi: "Ghall-finijiet ta' dan l-artikolu,u ta' kull dispozizzjoni ohra ta' din il-ligi u ta' kull ligi ohra, servizz mal-Gvern hu rapport specjali regolat b'dispozizzjonijiet specjali specifikatament applikabbli ghalih u bil-pattijiet u l-kondizzjonijiet stabbiliti minn zmien ghal zmien mill-Gvern, u ebda ligi jew dispozizzjoni taghha dwarkundizzjonijiet ta' impieg jew kuntratti ta' servizz jew ta' impjieg ma tapplika, u qatt ma kienettapplika, ghal servizz mal-Gvern hlief safejn dik il-ligi ma tipprovdix xort'ohra".

Is-subinciz (6) ta' l-artikolu 469 (A) {gia 742 (5)} tal-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili, ghandu jinqara bi precizjoni u sewwa valorizzat in kwantu l-portata tieghu ma hijiex dik li tigi vantaggjata l-amministrazzjoni pubblika a skapitu ta' l-impjegat civili jew li dan ta' l-ahhar kellu jitqieghed f'posizzjoni ta' inferjorita' meta mqabbel ma' impjegati f'impjieg privat li kellhom il-vantaggtal-protezzjoni ta' ligijiet specjali, socjali li jirregolaw il-kondizzjonijiet ta' xoghol, l-ingagg, it-tkeccija u naturalment il-hlas ghax-xoghol prestat. Taht certu aspetti l-kontra hu l-kaz ghaxl-impjegat fis-settur pubbliku ghandu, taht certi aspetti, protezzjoni aktar kompleta.

Mhix korretta t-tezi li nonostante dak li hemm provdut fis-subinciz (6) ta' l-artikolu 469 A, "b'danakollu il-kuntratt li jorbot lill-partijiet m'hu xejn anqas minn kuntratt ta' kiri ta' xoghol kif stabbilit fl-artikolu 1623 tal-Kap 16", li donnu jfisser li l-provvedimenti tal-Kodici Civili li jirrigwardaw il-kuntratt ta' kiri ta' xoghol, b'xi mod japplikaw ghall-ingagg mal-Gvern civili. Dan hu zbaljat u l-ligi espressament teskludih.

F'dan ir-rigward, min-naha l-ohra, t-tezi illi l-kondizzjonijiet ta' l-impjieg ta' l-impjegati tal-Gvern huma biss materja ta' dritt pubbliku regolati mid-dritt pubbliku u mhux mill-Kodici Civili, u li allura ma jezisti l-ebda forma ta' kuntratt bejn il-Gvern u l-impjegati tieghu tehtieg precizazzjoni.

Huwa korrett li l-Art. 469A(6) tal-Kap. 16jeskludi lis-servizz mal-Gvern mill-kontroll ta' kull ligi ohra li tirregola l-kuntratt ta' servizzjew ta' impjieg, u b'mod specifiku teskludi ghalih l-applikazzjoni tal-Kodici Civili ("u ta' kulldispozizzjoni ta' din il-ligi", ovvjament tirreferi ghal dak il-Kodici), dak l-istess provvediment jassoggetta is-servizz mal-Gvern ghal provvedimenti ta' dispozizzjonijiet specjali li jirregolaw danir-rapport specjali fir-rigward ta' l-ingagg, kondotta u terminazzjoni ta' dak l-impjieg. Dawn id-dispozizzjonijiet specjali jorbtu wkoll allura lill-amministrazzjoni li hi obbligata fir-relazzjoijiet taghha ma' l-impjegati li tosserva dawk il-provvedimenti ntizi biex jittutelaw proprju dawk il-jeddijiet tal-haddiema tal-Gvern kontra min ihaddimhom. Il-ligi allura ma tistriehx biss fuq il-principju generali ta' dritt pubbliku li l-istat, bhala 'good employer', jekk mhux l-aqwa wiehed, hu mistenni li jittratta sewwa u gustament lill-impjegati tieghu, imma wkoll torbtu li jagixxi b'certu moddeterminat u b'certa procedura stabbilita f'sitwazzjonijiet partikolari skond kif provdut b'dispozizzjonijiet specjali specifikatament applikabbli. Dan certament japplika b'mod partikolari fir-rigward ta' proceduri dixxiplinari fosthom fil-kaz fejn l-impjegat jonqos li jirraporta ghax-xoghol bla awtorizzazzjoni.

L-artikolu 469A(6) tal-Kap 12 mhux necessarjament ipoggi lill-impjegat civilif'qaghda ta' zvantagg vis-a-vis mpjegati ohra li l-kuntratt ta' impjieg taghhom hu regolat bil-ligijiet ordinarji. Taht certi aspetti dan is-subinciz ipoggi lill-impjegat fis-servizz mal-Gvern f'posizzjoni privileggjata, ghaliex jekk hu veru li dawn il-ligijiet ma jolqtux u ma jirregolawx l-impjiegfis-settur pubbliku, hu daqstant veru wkoll li l-Istat ma jistax jinvoka dawk l-istess ligijiet fejn jaghtu anqas protezzjoni lill-haddiem kontra min ihaddimhom minn dawk il-provvedimenti specjali lijirregolaw l-impjieg fis-settur pubbliku, u li allura kienu jorbtu lill-amministrazzjoni pubblika.Hekk per ezempju, filwaqt li taht il-ligi ordinarju hu permess ghal min ihaddem li jittermina unilateralment l-impjieg ta' haddiem jekk tirrizulta raguni gusta u sufficjenti u jkunu jokkorru cirkostanzi li fihom il-ligi tippermetti t-terminazzjoni ta' l-impjieg, u dana bla kumpens, it-tkeccija ta'mpjegat civili hi regolata minn procedura stretta li l-amministrazzjoni pubblika jehtigilha ssegwi quddiem il-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku imwaqqfa bil-Kostituzzjoni li tassigura lill-impjegat, mhux biss mezz ta' difiza xieraq imma wkoll id-dritt li jibqa' jircievi nofs is-salarju li ghalih ikunintitolat jekk ikun gie interdett u pendenti l-proceduri ta' dixxiplina kontrih. Dritt li l-istatobbligat li jonora u li l-impjegat fis-settur privat, ovvjament, m'ghandux.

It-teorija tad-Dritt Amministrattiv Ingliz tan-'non legal nature of the civil service' illum giet konsiderevoment mxellfa u m'ghadhiex dak il-principju assolut li qabel kienet. M'ghadux daqstant accettat illi l-impjieg ma' l-amministrazzjoni pubblika kien kwazi prekarju ghax is-sovran kellu l-jedd assolut "to hire and fire" u li allura l-impjegati kollha kienu meqjusa li qeghdin fl-impjieg "at Her Majesty's Service and pleasure", anke jekk Her Majesty kienet ukoll fit-teorija konsidrata bhala l-kwintessenzatal-gustizzja, oggettivita' u ragonevolezza anke fir-rigward ta' dawk is-sudditi taghha li kienu mpjegati taghha u jservuha. F'dan ir-rigward il-Kostituzzjoni nfisha gustament u sewwa kkrejat il-makkinarju biex jigu regolati r-relazzjonijiet bejn l-Ezekuttiv u s-servizz pubbliku fil-Kapitolu X taghha, b'mod partikolari fit-twaqqif tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Dan il-Kapitolu, filwaqt li jirrikonoxxi n-natura specjali ta' l-impjieg fis-servizz civili, u jipprovdi l-makkinarju biex l-amministrazzjoni pubblika tibqa' tiffunzjona bl-inqas tfixkil possibbli, jiehu hsieb biex b'modkonkret jipprotegi lill-impjegat pubbliku kontra l-arbitrarjeta', l-abbuz ta' poter u diskriminazzjoni u jissalvagwardja wkoll, direttament u indirettament, id-dritt tieghu ghal remunerazzjoni ghas-servizz li jaghti, kif ukoll ghall-pensjoni. Dan il-bilanc li l-Kostituzzjoni tohloq, u li fil-verita' hu rifless fis-subinciz 6 ta' l-artikolu 469A tal-Kap 12, ma jistax ma jkunx finalment protettiv tad-drittijiet ta' l-impjegat civili in kwantu jobbliga lill-Istat li jsegwi proceduri determinati bl-istess Kostituzzjoni u b'dispozizzjonijiet specjali kemm f'ligijiet, kif ukoll f'regolamenti ad hocli jirregolaw l-impjieg mieghu.

F'dawn ir-rigward hu interessanti li jidher li l-istess zvilupp gjurisprudenzjali qed jevolvi fil-gurisprudenza tal-Qorti Ewropeja dwar l-applikabilita' ta' l-artikolu 6 (1) tal-Konvenzjoni Ewropeja u dwar jekk setghax jinghad li materji li jirrigwardaw danl-impjieg pubbliku kienu jinvolvu d-determinazzjoni ta' "civil rights and obligations".

Fl-isfond ta' dawn il-konsiderazzjonijiet il-Qorti ikkunsidrat li kienet tiddubita kemm ghadha valida fl-assolut is-sottomissjoni li ma jistax jinghad li jezisti kuntratt ta' impjieg fit-termini tal-Kodici Civili jew ta' xi ligi ohra bejn l-impjegat u l-Gvern li jimpjegah. Hemm dubju allura kemm ghadha valida s-sottomissjoni li azzjoni ta' mpjegat tal-Gvern biex jithallas ammont allegatament dovut lilu minn ghand il-Gvern bhala paga ma setghetx, taht l-ebda aspett, titqies bhala azzjoni ta' dannikontrattwali bazati fuq il-kuntratt privat, izda biss azzjoni taht id-dritt pubbliku ghall-hlas ta'ammont allegatament dovut in forza ta' ligi. Id-distinzjoni ssir aktar sottili u kwazi effimera meta jigi konsidrat li l-artikolu 469 A (6) jikkonsidra l-impjieg mal-Gvern bhala "Rapport specjali" "regolat b'dispozizzjonijiet specifikatament applikabbli ghalih", apparti milli bil-pattijiet u kondizzjonijiet stabbiliti minn zmien ghal zmien mill-Gvern. Dan ir-rapport, kif inghad, certament jaghti lok ghal drittijiet u obbligi reciproci, u allura l-inadempjenza minn xi parti ta' obbligu regolat b'tali disposizzjoni specjali, mhux biss taghti lok ghall-pagament, imma wkoll, fejn applikabbli,ghal danni konsegwenzjali ghal dak l-inadempiment.

Ghandu jkun pacifiku allura fl-istat tal-ligi in materja kif evolviet, illi dan ir-"rapport specjali" li jirrikonoxxi u jistabilixxi l-artikolu 469 A (6) tal-Kap 12 johloq kuntratt specjali bejn il-Gvern li qed jimpjega u l-impjegat tieghu li jikkreja drittijiet u obbligi reciproci, anke jekk veru regolati b'dispozizzjonijiet speciali, imma li xorta wahda huma azzjonabbli kemm in linja ta' "specific performance" kif ukoll in linja ta' danni jekk dan ma jkunx ghadu possibbli. Ma hemm l-ebda raguni ghaliex, anke f'sitwazzjoni simili, ma ghandux japplika ghal dan it-tip ta' kuntratt specjali socjali l-insenjament illi d-danni kontrattwali ghandhom funzjoni riparatrici, u m'ghandhomx ikunu strument ta' piena tal-kontraent inadempjenti jew ta' lukru indebitu favur il-kontraent l-iehor, imma biss reintegrazzjoni tal-patrimonju tad-danneggjat fil-mizura li jkun sofra d-danni.

Il-Qrati ordinarji ghandhom gurisdizzjoni jissindakaw tali drittijiet u obbligi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info