Referenza: 63/2009

Dettalji tas-Sentenza


Data
24/02/2010
Qorti
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Ġudikatura
AZZOPARDI JOSEPH
Partijiet
IL-PULIZIJA (SUP NORBERT CIAPPARA) vs PULLICINO ESRON
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ARTIKOLU 6 TAL KONVENZJONI EWROPEJA TAD DRITTIJIET TAL BNIEDEM - PERSUNA ASSISTITA MINN AVUKAT
Fil-Qosor
Il-fatt wahdu li persuna ma tkunx assistita minn Avukat ma jwassalx ghal ksur tad-drittijiet fundamentali tieghu u biex ikun hemm ksur tal-artikolu 6 tal-konvenzjoni Ewropeja jrid jigi kunsidrat il-process gudizzjarju kollu u mhux jigu kkunsidrati l-istqarrijiet ‘in isolation'. Jekk fi tmiem il-gbir tal-provi l-unika prova kontra l-akkuzat tkun l-isqarrija tieghu allura l-Qorti li trid tiddeciedil-kaz, trid toqghod attenta ghax sejba ta' htija jistghu jwasslu lill-Qorti tal-Appell biex tqis dik is-sentenza bhala ‘unsafe'.

F'certu pajjizi mhux lecitu li wiehed jinterroga minorenni minghajr il-prezenza tal-persuna li jkollha l-kustodja tieghu jew taghha. Ghalhekk tenut kont ta' kollox, il-Qorti taqbel li r-rikorrent kellu d-drittijiet fundamentali tieghu sancit bl-artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropeja miksur.

Ghaldaqstant din il-Qorti tilqa' l-lanjanza tar-rikorrent u tqis li n-nuqqas ta' prezenza ta' Avukat waqt l-interrogazzjoni tieghu hija fil-kaz in ezami, lesiva tad-drittijiet tal-istess rikorrent kif sancit bl-artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropeja tad-Drittijiet tal-Bniedem u tordna li kopja ta' din id-decizjoni tintbaghat lill-Qorti tal-Magistrati (Malta) bhala Qorti ta' Gudikatura Kriminali kif presjeduta fil-bidu tal-procedura kriminali kontra r-rikorrent biexjekk ikun il-kaz, tkompli tinstema' u tigi deciza skond il-ligi.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni