Reference: 543/1996/1

Judgement Details


Date
26/01/2010
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
JENSEN NICHOLAS ET NOE vs AVUKAT GENERALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ARTIKOLU 1 TAL-EWWEL PROTOKOL TAL-KONVENZJONI TAD-DRITTIJIET FUNDAMENTALI TAL-BNIEDEM - ARTIKOLU 14 TAL KONVENZJONI TAD-DRITTIJIET FUNDAMENTALI TAL-BNIEDEM - ARTIKOLU 2 TAL-KAP 88 - ARTIKOLU 6 TAL-KONVENZJONI TAD-DRITTIJIET FUNDAMENTALI TAL-BNIEDEM - IMGIEBA DISKRIMINATORJA - PUSSESS U UZU; TITOLU TA - SKOP PUBBLIKU - SMIGH XIERAQ - TGAWDIJA TA POSSEDIMENTI
Summary
Din hija azzjoni dwar ksur ta' jedd fundamentali dwar tgawdija ta' possedimenti, smigh xieraq u mgiba diskriminatorja. Ir-rikorrenti, bhala sidien ta' bini fi Triq it-Tejatru l-Qadim u Triq l-Ifran fil-Belt Valletta, jikkontestaw it-tehid ta' dak il-gid mill-awtoritajiet taht titolu ta' pussess u uzu, billi jghidu li ghal zmien twil ma sar l-ebda uzu mill-imsemmi gid u billi l-intimati naqsu jewmilli jrodduhulhom lura jew li jiksbuh b'titolu ta' xiri, kif sar ma' haddiehor. Ir-rikorrenti jilmintaw ukoll li, wara li l-istess intimati ghaddew parti minn dak il-gid lil terzi ghal uzu li ma kienx wiehed pubbliku, naqsu li jew jikkumpensawhom kif jixraq jew li jaghzlu li jiksbu l-gid b'xiri assolut. Ghalhekk, huma qeghdin jitolbu wkoll il-kumpens ghad-danni li l-intimati gabulhom bl-ghamiltaghhom. Ir-rikorrenti jridu wkoll li, safejn il-ligi thalli li gid jittiehed taht pussess u uzu blama jinghata lis-sid il-jedd li jersaq lejn tribunal biex jitlob it-tehid ta' dak il-gid b'xiri assolut jew b'dominju pubbliku, qabel ma jghaddu ghaxar snin minn dak it-tehid, l-Qorti ssib li dik il-ligi tikser il-Konvenzjoni.

Ir-rikorrenti qeghdin isejsu l-azzjoni taghhom fuq zewg binarji:(i) il-ksur tal-jedd fundamentali taghhom dwar it-tgawdija ta' hwejjighom u t-tehid ta' dik it-tgawdija minghajr kumpens xieraq u bla ragunijiet tajbin fil-ligi (ma' din hemm marbut l-ilment ta' ksurta' jedd fundamentali mahluq bit-trattament diskriminatorju fil-konfront taghhom); u (ii) il-ksur tal-jedd fundamentali taghhom ghal smigh xieraq kemm minhabba d-dewmien tal-proceduri pendenti quddiemil-Bord tal-Arbitragg dwar l-Artijiet u kif ukoll minhabba li ma nghatalohomx access ghal qorti biex tiddeciedi l-kwestjoni tar-raguni u l-mod tat-tehid ta' dak il-pussess.

Ghal dak li jirrigwarda l-ilment dwar it-tehid tal-postijiet taht titolu ta' pussess u uzu, ir-rikorrenti jressqu tlietilmenti: (a)li ma kienx minnu li l-postijiet ittiehdu ghal skop pubbliku; (b) li ghal zmien twil wara li harget id-Dikjarazzjoni tal-Gvernatur Generali, ma sar l-ebda uzu mill-imsemmija postijiet uf'kull kaz, il-kera tal-gharfien proposta snin wara t-tehid ta' dak il-pussess kienet baxxa wisq; u(c) kieku kien hemm skop pubbliku ghat-tehid tal-postijiet, kien fil-kaz tal-gid taghhom biss li danittiehed b'titolu ta' pussess u uzu, ghaliex f'kazijiet ohrajn bhalhom, il-Gvern jew ha l-pussess b'titolu assolut jew inkella taht titolu ta' dominju pubbliku. B'dawn l-ilmenti r-rikorrenti jghidu li garrbu ksur tal-artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll tal-Konvenzjoni u tal-artikolu 14 tal-Konvenzjoni.

L-“iskop pubbliku” huwa l-interess generali tal-kollettivita' b'kuntrast mal-interess tal-individwi. Dan ifisser, li l-fatt wahdu li gid jittiehed minghand persuna wahda biex jinghata lil persuna ohra ma jgibx b'daqshekk in-nuqqas ta' interess pubbliku, jekk tassew ikun jirrizulta li dak it-tehid ikun sehh ghal ghan pubbliku. Ifisser ukoll li l-fatt wahdu li post jittiehed biex jintuza ghal skop kummercjali ma jgibx b'daqshekk li l-ghan mahsub m'huwiex wiehed pubbliku jew li m'huwiex fl-interess pubbliku.

Il-Qorti tasal ghall-fehma li fiz-zmien li nharget id-Dikjarazzjoni tal-Gvernatur Generali, l-ghan li ghalih ittiehed il-bini tar-rikorrenti kien marbut mat-titjib tal-attivita' kulturali marbuta mat-Tejatru li l-istess beni jinsabu madwaru.

L-Artikolu 1 tal-EwwelProtokoll tal-Konvenzjoni jitkellem kemm dwar it-tehid u kif ukoll dwar il-kontroll ta' possediment.Dak l-artikolu huwa gabra ta' tliet (3) regoli msenslin wahda mal-ohra u li ghandhom jinftehmu b'qari ma' xulxin. B'mod partikolari, fil-harsien tal-jedd imsemmi f'dak l-artikolu irid jintwera li jkun inzamm u thares bilanc xieraq bejn l-interessi tal-komunita' u dawk tal-individwu li gidu jkun intlaqat mill-ghamil tal-Istat (f'dan il-kaz, l-esproprjazzjoni).

Filwaqt li l-ligijiet li jaghtu s-setgha lill-Istat li jiehu gid f'idejh ghal ghanijiet pubblici huma meqjusa bhala mehtiega f'socjeta' demokratika, dawn ma jaghtux jedd assolut jew insindakabbli lill-Istat, ghaliex tali jeddghandu jitqies bhala eccezzjoni jew limitazzjoni ghall-jedd tal-individwu li jgawdi hwejjgu u gidu bil-kwiet, u ghalhekk l-Istat irid juri kif imiss li l-jedd tieghu wettqu bil-qies u fil-parametri permessi mil-ligi.

Ghal dak li jirrigwarda l-indhil fl-uzu tal-gid min-naha tal-Istat, jidherli dan l-indhil jista' jiehu s-sura ta' kull ghamla ta' kontroll (bla ma jcahhad lis-sid mit-titolu), sakemm dan isir billi jithares il-bilanc bejn il-htiega jew interess pubbliku jew generali u l-jeddijiet tas-sid fuq dak il-gid. Filwaqt li huwa d-dmir tal-Istat li juri li t-tehid jew l-indhil sehhtassew fl-interess pubbliku jew generali, hemm qbil li, fejn jidhol dak li jitqies bhala “interesspubbliku”, l-Istat igawdi firxa wiesgha ta' diskrezzjoni. Madankollu, l-mod kif titwettaq dik id-diskrezzjoni jrid jghaddi mill-gharbiel tal-bilanc mistenni bejn l-interessi tas-socjeta' u dawk tal-individwu mgarrab bit-twettiq taghha, u dan kemm jekk l-ghamil ikun ta' tehid ta' proprjeta' u kif ukoll jekk ikun “semplicement” dwar indhil fl-uzu taghha.
Mill-provi mressqa fl-atti, johrog lisa anqas minn sentejn u nofs wara dik id-Dikjarazzjoni tal-Gvernatur Generali, d-Dipartiment tax-Xoghlijiet kien ha f'idejh uhud minn dawk l-istabili u kien beda jaghmel xoghol ta' titjib fihom. Meta wiehed iqabbel dak il-perjodu ta' zmien ma' ohrajn li l-Qrati taghna kellhom jikkunsidraw taht ilment bhal dan, wiehed ikollu jasal ghall-fehma li din il-parti tal-ilment tar-rikorrenti m'hijiex misthoqqa. Minbarra dan, jidher li l-uzu li sar mill-postijiet milquta fid-Dikjarazzjoni kien jaqbel mal-ghan mahsub fl-istess Dikjarazzjoni tal-Gvernatur Generali u fit-talba dipartimentali li kienet saret lill-Kummissarju intimat biex wasslet ghall-hrug tal-istess Dikjarazzjoni.

Fit-tifsira moghtija lill-kwestjoni taz-zamma tal-bilanc xieraq bejn l-interess tal-kolettivita' (l-interess pubbliku) u l-jeddijiet tal-persuna li hwejjigha jkunu ttiehdu mill-awtorita' pubblika, wiehed irid jarajekk tali persuna kellhiex access ghal ghodda xierqa li biha setghet tqassar iz-zmien li fih il-process tat-tehid (u l-konsegwenzjali hlas ta' kumpens xieraq) jingieb fi tmiemu. F' ‘Theory & Practiceof the European Convention on Human Rights' (4th Edit., 2006), ta' van Dijk, van Hoof, van Rijn,Zwaak f'pagna 881 jinghad li ‘The Court holds that the taking of property without payment of an amount reasonably related to its value will normally constitute a disproportionate interference. However, legitimate objectives of ‘public interest may call for less than reimbursement of the full marketvalue'”. Ghaldaqstant, l-ilment tar-rikorrenti ghar-rigward tal-ksur tal-jedd taghhom ghal tgawdijabla xkiel ta' hwejjighom huwa misthoqq. Il-Qorti waslet ghall-fehma li r-rikorrenti tassew garrbu ksur tal-jedd fundamentali taghhom taht l-artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll.

Ir-rikorrenti jsejsuukoll l-ilment li garrbu ghamil diskriminatorju li gidhom ittiehed taht titolu ta' pussess u uzu. Ir-rikorrenti jisiltu l-bazi tal-ilment taghhom li l-awtoritajiet imxew maghhom b'mod diskriminatorjuminn kif imxew m'ohrajn fil-qaghda taghhom. Huma jishqu li l-Gvern ghazel li jiehu t-tmexxija ta'gidhom biss taht titolu ta' pussess u uzu, u fuq il-fatt li l-kera tal-gharfien proposta lilhom ghall-gid taghhom kien baxx wisq meta mqabbel mal-kera li l-Gvern innifsu jdahhal minn postijiet ohrajnkummercjali fil-Belt.

Biex ikun mistharreg kif imiss ilment ta' ksur tal-artikolu 14 tal-Konvenzjoni, ikun tajjeb li wiehed jiftakar (i) li dak l-ilment irid ikun marbut ma' xi jedd iehor imhares mill-Konvenzjoni, u (ii) li l-kawzali tad-diskriminazzjoni msemmijin f'dak l-artikolu huma biss indikativi u jistghu jkunu usa' mill-kawzali mahsuba fl-artikolu 45 tal-Kostituzzjoni. Wiehed irid iqis ukoll li (iii) it-trattament differenti moghti bejn kategorija ta' persuni u ohra trid tkun wahda legittima u ragonevoli, u ghalhekk mhux kull trattament differenti jwassal ghal sejbien ta' trattament diskriminatorju bi ksur tal-imsemmi artikolu 14. Madankollu, persuna tista' ssejjes talba tahtdan l-artikolu minkejja li la tista' turi u lanqas biss tippretendi ksur ta' xi jedd “sostantiv” iehor imhares mill-Konvenzjoni, sakemm tali talba taqa' fl-“ambitu” ta' jedd bhal dak.

Sabiex tara jekk kienx hemm diskriminazzjoni bi ksur ta' dak li jrid l-artikolu 14 tal-Konvenzjoni, il-Qortitrid tara jekk (1) kienx hemm differenza fil-mod kif persuni differenti thallew igawdu l-jeddijietimharsa taht il-Konvenzjoni, (2) din id-differenza fit-trattament kinitx bejn persuni li s-sitwazzjoni taghhom kienet tixxiebah, (3) din id-differenza kinitx bil-hsieb li jintlahaq ghan legittimu;u (4) kienx hemm proporzjonalita' bejn id-differenza fit-trattament u l-ghan li ried jintlahaq permezz ta' dik id-differenza, jew kienx mehtieg li jkun hemm dik id-differenza biex jintlahaq dak il-ghan. Huwa importanti, ghalhekk, li l-paragun isir bejn persuni li huma placed in analogous situations.

Il-Qorti sabet li r-rikorrenti garrbu ksur tal-artikolu 14 tal-Konvenzjoni abbinat mal-artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll u dan l-aktar minhabba li, filwaqt li ntwera li f'cirkostanzi li jixxiebhu t-tehid kien generalment taht titolu ta' xiri assolut jew tal-anqas taht dominju pubbliku, ma nghatat l-ebda spjegazzjoni plawsibbli ghaliex fil-kaz tal-gid tar-rikorrenti saret l-ghazla ta' tehid b'titolu ta' pussess u uzu u, fuq kollox, ghaliex iz-zamma taht dak it-titolu ttawlet ghal dak iz-zmien kollu. Ghalhekk, il-Qorti ssib li dan l-ilment tar-rikorrenti huwa misthoqq ukoll.

Ghal dak li jirrigwarda l-ilment tar-rikorrenti dwar ksur tal-artikolu 6 tal-Konvenzjoni jidher li dan jinbena fuq zewg cirkostanzi: l-ewwel hija d-dewmien fl-gheluq tal-proceduri quddiem il-Bord ta' Arbitragg dwar Artijiet u t-tieni hija c-cahda tal-jedd ta' access quddiem qorti indipendenti u imparzjali biex l-ilment taghhom jinghata widen.

Dwar il-kwestjoni tal-ksur tal-jedd ghal smigh xieraqminhabba d-dewmien fil-proceduri quddiem il-Bord ta' Arbitragg dwar Artijiet il-Qorti ssib li r-rikorrenti ma ressqu l-ebda prova f'dan ir-rigward u fis-sewwa qajla irriferew ghal dan l-ilment fin-Nota ta' Sottomissjonijiet taghhom. Fin-nuqqas ta' dawk il-provi, l-Qorti ma tistax issib l-ilment tar-rikorrenti bhala misthoqq;

Dwar il-kwestjoni tal-ksur tal-jedd ghal smigh xieraq minhabba nuqqas ta' jedd ta' access ghal qorti biex tidderimi l-kwestjoni, r-rikorrenti hawnhekk ukoll ma jidhirx li baqghu jishqu dwar l-ilment originali taghhom. Dak l-ilment kien jghid li minn dak inhar linharget id-Dikjarazzjoni tal-Gvernatur Generali li tghid li l-gid taghhom kien sejjer jittiehed b'titolu ta' pussess u uzu, ma kellhom l-ebda access ghal rimedju quddiem qorti imparzjali u indipendenti jekk mhux qabel ma jkunu ghaddew ghaxar snin mid-data li fiha jkun ittiehed il-pussess min-naha tal-awtorita' kompetenti. Isemmu l-artikolu 19 tal-Kapitolu 88 f'dan ir-rigward.

Il-Qorti tqisli minhabba li t-tehid ta' art jew gid immobbiljari iehor taht titolu ta' pussess u uzu huwa minnunnifsu tehid ghal zmien li jaghlaq u sakemm ikunu ghadhom jippersistu l-htigijiet tal-ghan pubblikuf'dak it-tehid, ma jistax jinghad li t-terminu msemmi fl-artikolu 19 johloq ksur tal-jedd tas-sid lijersaq lejn qorti biex taghti rimedju. Ghall-kuntrarju, il-Qorti tqis li dak l-artikolu jaghti harsien lis-sid kontra t-tehid “temporanju” li jibqa' sejjer b'mod indefinit. Jidhrilha wkoll li dak l-artikolu jaghti wkoll rimedju effikaci lis-sid, fis-sens li jista' jitlob li l-Bord jordna li l-artjew tinxtara jew tittiehed b'dominju pubbliku jew tinheles fi zmien sena mill-ghoti tal-ordni tieghu.

Skont il-Qorti, iz-zmien ta' ghaxar snin li fih gid jittiehed taht titolu ta' pussess u uzu ghal ghan pubbliku ma jikkostitwix ksur tal-jedd moghti lill-Istat li b'ligi jirregola l-kontrolltal-gid hekk mehud kif mahsub fil-Konvenzjoni, u lanqas jista' jinghad li huwa mizura sproporzjonatabi hsara tas-sid li gidu hekk jittiehed. Ir-rikorrenti naqsu li jinqdew b'rimedju effettiv li kellhom f'idejhom biex sewwasew il-jedd civili taghhom ikun imhares u definit. Ghalhekk lanqas f'dan il-kaz ma jidher li l-ilment tar-rikorrenti huwa misthoqq.

Ir-rikorrenti qieghdin jitolbu ukoll li l-Qorti ssib li z-zamma min-naha tal-intimati tal-gid taghhom b'titolu ta' pussess u uzu hija wahda irrita u nulla u qeghdin jitlobu wkoll il-hlas ta' kumpens ghad-danni li huma qeghdin igarrbu b'din iz-zamma.

Ir-rikorrenti jisthoqqilhom li jinghataw rimedju iehor minbarra t-thassir tad-Dikjarazzjoni presidenzjali li waslet ghat-tehid tal-proprjeta' in kwisjtoni. Il-Qorti temmen li dan kien ikun il-kaz ukoll kieku dik id-Dikjarazzjoni thassret u l-gid inghadda lura f'idejhom. F'dan il-kaz ma garax hekk u r-rikorrenti ghadhom xorta wahda ma hadux lura l-kontroll ta' hwejjighom. Ir-rikorrenti ghandhom jinghataw danni morali biex jindirizzaw b'xi mod il-ksur tal-jedd imgarrab minnhom, u dan minkejja li huma ghad ghandhom il-jedd ghall-kumpens xieraq taht il-Kap 88 u wkoll bis-sahhatal-proceduri l-ohrajn li huma fethu kontra l-intimati jekk dawn ikollhom ezitu favorevoli ghalihom.

Il-Qorti jidhrilha li d-danni morali li l-Kummissarju intimat ghandu jhallas lir-rikorrentighandu jkun fis-somma ta' €25,800.

Ghaldaqstant din il-Qorti tilqa' t-talba tar-rikorrenti billi ssib li huma garrbu ksur tal-artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll tal-Konvenzjoni u tal-artikolu 14 tal-istess Konvenzjoni, abbinat mal-imsemmi artikolu, u dan minhabba u fl-okkazjoni tat-tehid min-naha tal-intimati tal-gid taghhom fi Triq l-Ifran, Valletta, u Triq it-Tejatru l-Qadim, Valletta, u sakemm dam fis-sehh dak it-tehid; izda ma ssibx li huma garrbu ksur tal-jedd taghhom ghal smigh xieraqkif mahsub fl-artikolu 6 tal-Konvenzjoni; tichad it-talba tar-rikorrenti safejn trid li d-dispozizzjonijiet tal-artikolu 19 tal-Ordinanza dwar l-Akkwist ta' Artijiet ghal Skopijiet Pubblici (Kapitolu88 tal-Ligijiet ta' Malta) jitqies li jiksru l-imsemmija Konvenzjoni; tillikwida d-danni morali li ghandhom jithallsu lir-rikorrenti ghall-ksur ta' jeddijiet fundamentali minnhom imgarrba fis-somma ta' € 25,800; u tikkundanna lill-intimati, flimkien u solidalment bejniethom, biex ihallsu lir-rikorrenti l-imsemmija somma likwidata bhala danni morali dovuti lilhom, flimkien mal-ispejjez tal-kawza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info