Reference: 7/2009

Judgement Details


Date
14/07/2009
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
CAMILLERI JOHN vs AVUKAT GENERALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ARTIKOLU 500 TAL-KODICI KRIMINALI - ARTIKOLU 501 TAL-KODICI KRIMINALI - ARTIKOLU 6 TAL-KONVENZJONI EWROPEA TAD-DRITTIJIET FUNDAMENTALI TAL-BNIEDEM - DRITT TA APPELL
Summary
Dawn huma proceduri li qed jittiehdu mir-rikorrenti wara li ghadda jury u nstab hati ta' pussess tad-droga ecstasy f'cirkustanzi li dak il-pussess ma kienx ghall-uzu esklussiv tieghu. Il-kundanna u l-piena li nghatat mill-Qorti Kriminali gew ikkonfermati mill-Qorti tal-Appell Kriminali bis-sentenzataghha tal-24 ta' April, 2008.

L-ilmenti tar-rikorrenti huma fil-qosor, tlieta principali:
i. Id-decisjoni tal-Qorti tal-Appell Kriminali li ma tirrivedix jew ma tiddisturbax il-verdett tal-gurati;
ii. L-ghazla f'idejn l-Avukat Generali dwar kif u quddiem liema Qorti r-rikorrent jigibiex ikun processat;
iii. L-ordni tal-Qorti li tigi kkonfiskata l-proprjeta' tieghu.

Trettat l-ewwel aggravju, r-rikorrent jissottometti li ghalkemm il-ligi maltija taghti dritt lill-kull akkuzat li jinstab hati mill-Qorti Kriminali li jappella quddiem il-Qorti tal-Appell fit-termini tal-artikolu 500 tal-Kodici Kriminali (Kap. 9 tal-Ligijiet ta' Malta), l-interpretazzjoni li l-Qorti tal-Appell Kriminali qed taghti lill-poteri taghha u li applikat f'dan il-kaz, jimilitaw kontra l-effettivita ta' dan id-dritt. Dan jinghad ghax, bhala principju, jekk il-Qorti tal-Appell Kriminali warali tkun ezaminat ix-xhieda u l-atti tal-process kriminali ssib li l-gurati raggonevolment setghu jaslu ghal-dikjarazzjoni ta' htija ma tiddisturbax dik il-konkluzzjoni u ma tippruvax tara jekk hi kienetx tasal ghall-konkluzzjoni differenti.

L-artikolu 501 (1)(a) tal-Kodici Kriminali jghid lil-Qorti tal-Appell ghandha tilqa' l-appell jekk jidhrilha li l-akkuzat appellant “kien gie misjub hati hazin fuq il-fatti tal-kawza”. It-tendenza gurisprudenzjali tal-Qrati tal-Appell Kriminali hi li jekk issib li fuq il-fatti li kellhom quddiemu, id-dikjarazzjoni ta' htija tal-gurati kienet kompatibbli mal-fatti u wahda li ragjonevolment setghu jaslu ghaliha, allura l-akkuzat ma jkunx gie misjub “hati hazin”, u d-decizjoni tigi kkonfunata. Ir-rikorrent jallega li din hi interpretazzjoni hazina tal-ligi u l-Qorti tal-Appell Kriminali ghandha tuza l-gudizzju taghha biex tiddeciedi hi jekk ghandux jinstab hati jew le. La darba dan l-ezercizzju ma sarx fil-kaz tieghu ir-rikorrent qed jallegali gew lezi d-drittijiet fundumentali tieghu taht l-artikolu 6(2) tal- Konvenzjoni Europea tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-artikoli 2(1) tal-Protokoll numru 7 ghall-istess Konvenzjoni.

Din il-Qorti ma tarax li l-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Appell Kriminali hija ingusta jew hazina u lanqas ma tara, dak li hu importanti ghall-fini ta' dawn il-proceduri, li tikser xi wiehed mill-jeddijietlamentati mir-rikorrent. L-ewwelnett, l-artikolu 6 tal-Konvenzjoni ma jaghti ebda dritt ta' appelllil min ikun instab hati wara process kriminali. Is-setghat tal-Qorti tal-Appell jistghu jkunu limitati anke biss biex jsir review ta' punti ta' ligi involuti fil-kas ghax sta ghal-Istat jiddeterminax'poteri jaghti lil dik il-Qorti ta' revizzjoni, u sta mbaghad ghal dik il-Qorti li tinterpreta l-poteri moghtija lilha kif thoss li hu gust u jkun fl-ahjar interess tal-gustizzja. Dak li hu importanti hu li jekk jinghata dritt ta' appell, l-access ghal dak ir-rimedju ma jigix mxekkel b'mod disproporzjonat. Il-livell ta' stharrig mill-Qorti tal-Appell jista pero` jkun wiehed limitat, u dan bl-ebda mod ma jwassal ghal xi telf ta' dritt da parti tal-akkuzat.

Quddiem il-Qorti Kriminali, l-akkuzat ikun ghadda procedura kriminali komposta minn Imhallef u disa' gurati, u dawn ghandhom l-oneru principali li jistabilixxu l-htija o meno tal-akkuzat. Il-kompitu tal-Qorti tal-Appell hu biex tirrevedi dak il-process, u mhux li terga' taghmel il-process (“trial”) hi. L-akkuzat jidher quddiemha bhala persuna li nstab hati, u xoghol il-Qorti tal-Appell hu dak li tara li l-akkuzat ikun inghata process gust u b'rispett ghad-drittijiet tieghu, fosthom li gie rispetatt id-dritt tieghu ghall-presunzjoni tal-innocenza. Il-poter tal-Qorti tal-Appell mhux li tiggudika mill-gdid lill-akkuzat, izda li tara li kellu process gust u li ma nstabx hati “hazin”.

Persuna akkuzata b'reat m'ghandhix dritt tinsisti li tkun ipprocessata darbtejn. Il-Konvenzjoni Ewropea tinsisti fuq process wiehedli jkun gust u b'rispett ghad-drittijiet fundamentali tal-akkuzat. Il-funzjoni tal-Qorti tal-Appell hu biss li tirrivedi dak il-process u mhux li terga tiggudika lill-akkuzat. Dan hu konformi ma dak li trid il-Konvenzjoni Ewropea, u bl-ebda mod ma qed jigu ppregudikati d-drittijiet fundamentali tal-akkuzat, specjalment dik ghall-presunzjoni tal-innocenza.

L-artikoli 2(1) tas- 7 Protokolljaghti dritt ta' review, dak li hu gia koncess mil-ligi malitja. Kif pero` jigi ezercetat dak id-dritt, l-istess Protokoll ihalli f'idejn l-istati membri.

L-interpretazzjoni li tat il-Qortital-Appell Kriminali ghall-poteri taghha bl-ebda mod ma jistghu jitqiesu li jiznaturaw dak li tipprovdi l-ligi fit-Titolu V tal-Kodici Kriminali. Bl-ebda mod ma jista' jinghad li dik il-Qorti mhux qed tkun fidila ghat-test tal-ligi jew li qed tirristringi d-dritt ta' review moghti bl-artikolu 2(1)tas-7 Protokoll, meta tqis li d-dritt hu ta' “review” u mhux li jigi processat ghat-tieni darba.

Kwindi l-ezercizzju tal-poter moghti lill-Qorti tal-Appell Kriminali hu zgur konformi mad-dritt ta' review koncess fl-artikolu 2(1) tas-7 Protokoll.

Fuq kollox il-poteri tal-Qorti tal-Appell Kriminali mhux daqshekk restrittivi kif donnu jrid ipingihom ir-rikorrent.

Wiehed jistajaqbel jew ma jaqbilx mal-mod kif il-Qorti tal-Appell u Kriminali tezercita l-funzjoni taghha fit-termini tal-Kodici Kriminali pero`, li hu zgur hu li hi qed tezercita dak il-poter konformi ma dak provdut fl-artikolu 2(1) tas-7 Protakoll ghal-Konvenzjoni Ewropea, u mhix qed tirfes fuq id-drittijiettal-akkuzat sanciti bl-artikoli 6(1) u (2) tal-istess konvenzjoni.

Trattat issa t-tieni aggravju tar-rikorrent, dak rigward il-poter tal-Avukat Generali li jaghzel jekk persuna akkuzata taht l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li Ghandhom x'Jaqsmu Maghha (Kap. 31 tal-Ligijiet ta' Malta), jitqieghedx taht att ta' akkuza quddiem il-Qorti tal-Magistrati, bhala Qorti ta'Gudikatura Kriminali, jew quddiem il-Qorti Kriminali, fit-termini tal-artikolu 120A(2) tal-imsemmija ligi, din il-Qorti tirrileva li kwistjoni simili giet dibattuta minn din il-Qorti u mill-OnorabbliQorti Kostituzzjonali fil-kawza “Ellul vs Avukat Generali” deciza min din l-ahhar Qorti fis-27 ta'April, 2006. F'dik il-kawza kemm din il-Qorti kif ukoll l-Onorabbli Qorti Kostituzzjonali sabu li l-artikolu 22 tal-Ordinanza dwar il-Medicini Perikoluzi, Kap. 101 li hu simili ghall-artikolu 120A(2)in kwistjoni, ma jiksirx l-artikolu 6 u 7 (1) tal-konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Askans ta' ripetizzjoni inutili din il-Qorti taghmel referenza ghal, u tadotta ghal-fini ta' din il-kawza il-motivazzjoni ta' din il-Qorti u tal-Onorabbli Qorti Kostituzzjonali f'dik il-kawza, u ghall-istess ragunijiet tara li dan l-ilment tar-rikorrent huwa infondat.

Bit-tielet ilment tieghu, ir-rikorrent jsosstni li l-konfiska li saret ta' gidu, bhala penali wara li nstab hati, jikser l-artikolu 7 tal-Konvenzjoni Ewropea u l-artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll ghall-istess Konvenzjoni. Ir-rikorrenti jilmenta Ii minhabba l-ordni li nghatat fil-kaz tieghu hu gie mcahhad mill-proprjeta' tieghu bla ebda kumpens u di piu` gie mcahhad minn proprjeta' li ma kellha x'taqsam xejn mar-reat li tieghu nstab hati.

Dan il-provedement tal-ligi kien jezisti meta sehh ir-reat li bih gie akkuzatirrikorrent, u kwindi mhux kaz ta imposizzjoni ta' piena li ma kienetx tezisti fiz-zmien li sehh l-allegat reat; kwindi l-artikou 7(1) tal-Konvenzjoni ma jistax jitqies li gie miksur. In oltre, filwaqt li l-ewwel artikolu tal-Protokoll jipprojbixxi t-tehid ta' proprjeta' hlief fl-interess generali uskond il-ligi, jeskludi espressament l-applikazzjoni tieghu f'kaz ta' penalitajiet jew pieni imposti bil-ligi. L-Istat jista jipprovdi ghat-tehid tal-proprjeta' bhala piena, basta, ovjament, skond il-principji generali tad-dritt, dik il-“piena” tkun relatata mar-reat kommess.

F'dan il-kaz, ir-rikorrent jilmenta li hu gie mcahhad minn proprjeta' li ma kelliex x'taqsam mar-reat li tieghu gieakkuzat u minn proprjeta' li kienet tieghu qabel iz-zmien li fih sehh ir-reat li tieghu gie akkuzat. Ghal dan l-ilment, pero`, il-ligi stess li ordnat il-konfiska tipprovdi rimedju. Il-ligi trid lijigu kkonfiskati biss il-proprjeta' marbuta mar-reat, tant li l-artikolu 22C tal-istess Kap 101 (applikabbli ghall-Kap.31 bl-artikolu 120A(2B)) jipprovdi dan ir-rimedju:

“(1) Meta jkun sar ordni ta' konfiska that il-paragrafu (d) tas-subartikolu (3A) ta' l-artikolu 22 ta' din l-Ordinanza, il-persuna misjuba hatja, jew it-terza persuna msemmija f'dak il-paragrafu, tista tibda azzjoni ghal dikjarazzjoni li xi proprjeta' jew kull proprjeta' mobbli jew immobbli hekk konfiskata ma tkunx profitti jew dhul mill-eghmil ta' xi reat taht din l-Ordinanza (kemm jekk ikun jew ma jkunx hekk aggudikat minn qorti tal-gustizzja kriminali) lanqas proprjeta' akkwistata jew miksuba, direttament jew indirettament, minn jew permezz ta' xi profitti jew dhul bhal dawk.

(2) Dik l-azzjoni ghandha tinbeda b'rikors fil-Prim'Awla tal-Qorti Civili mhux iktar tard minn tliet xhur mid-data li fiha s-sentenza li tordna l-konfiska tkun saret finali u konkluziva.”

Kwindi, jekk ir-rikorrent deherluli giet konfiskata proprjeta' li “ma tkunx profitti jew dhul mill-eghmil” tar-reat li tieghu instabhati, seta facilment ressaq talba lill-qrati ordinarja ghar-rilaxx ta' dik il-proprjeta'. L-artikolu 22D tal-istess Ordinanza fil-fatt jipprovdi li jekk tigi milqugha mill-qorti talba simili,

“Dik il-proprjeta' ma tibqax konfiskata u tintradd lura lir-rikorrent bis-sahha tas-sentenza meta din tkun finali u konkluziva, u ma' dan ir-rikorrent ikollu l-jedd li jiehu lura d-dhul ricevut mill-Gvern minn dik il-proprjeta' matul il-perjodu tal-konfiska taghha.”

Kwindi ghat-tehid ta' proprjeta` allegatament, mhux marbuta mar-reat, u allura m'ghandhiex in-natura ta' “piena”, hemm rimedjumoghti mil-ligi ordinarja, u la darba hu hekk, ma jidhirx li jkun ekwu li din il-Qorti tqies dak lisehh bhala li jikser xi dritt fundamentali tar-rikorrent.

Ghaldaqstant, ghar-ragunijiet premessi, tiddisponi mir-rikors tar-rikorrenti billi tichad l-istess bl-ispejjez kontra tieghu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info