Referenza: 829/1999/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
19/10/2001
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CARUANA DEMAJO GIANNINO
Partijiet
MELITA INSURANCE BROKERS LIMITED vs FENECH JOSEPH ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KONVENJU, EVAZJONI FISKALI - KONVENJU, SIMULAZZJONI - KONVENJU, TELF TA` DEPOZITU F`KAZ TA` CAUSA ILLECITA - KUNTRATT, CAUSA ILLECITA - META L-CAUSA TKUN ILLECITA GHAZ-ZEWG PARTIJIET
Fil-Qosor
Meta jsir konvenju simulat sabiex tigi evaza t-taxxa, il-partjiet ikunu qeghdin ifittxu li jqarrqu bil-ligi, u ma jkunux jistgu, ladarba l-hsieb taghhom ma sehhx, jitolbu lill-istess ligi, li qabel kienu fittxew li jqarrqu biha, tghinhom jiksbu lura dak li tilfu minhabba fil-hsieb qarrieqi taghhom.B'hekk depositu mhallas fuq konvenju li jkun intiz sabiex tigi evaza t-taxxa jintilef a favur min ikun fil-pussess tieghu.

Dan jista` jfisser illi b'hekk jistaghnew il-vendituri li kienu shabmal-kompraturi fit-tfassil ta' konvenju qarrieqi. Izda l-ligi tghid illi in pari turpitudine meliorest condicio possidentis, u hekk ghandu jkun, ghax min jidhol f'avventura bil-hsieb li jqarraq bil-ligi ma ghandux ikollu s-serhan tal-mohh li jekk l-avventura tmurlu hazin ikun jista' jinqeda bil-ligi biex jiehu lura dak li tilef. Il-biza' li jibqa' minghajr il-harsien tal-ligi huwa disincentiv ghal min jigih il-hsieb li jaghmel u ma ghandhiex tkun il-ligi stess li tnehhi dan id-disincentiv ghal min ikun irid iqarraq biha.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni