Reference: 2/2009

Judgement Details


Date
03/06/2009
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
GAUCI BERNARD ET vs KUMMISSARJU TA' L-ARTIJIET ET
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ESPROPRJAZZJONI - JEDD TA TGAWDIJA PACIFIKA TA GID PRIVAT - RIMEDJU GUDIZZJARJU ALTERNATTIV - SETGHA TA QORTI KOSTITUZZJONALI
Summary
Din hija azzjoni dwar ksur ta' jedd ta' tgawdija pacifika ta' gid privat, b'rizultat ta' esproprju ta' art tar-rikorrenti li sar ghal skop pubbliku u li kellu jsir b'xiri assolut, li nghata ghal uzu ta' attivitajiet kummercjali lil terzi u bla ma ghadu sal-lum sar ix-xiri tal-istess art.

F'ghadd ta' sentenzi moghtijin mill-Qorti Kostituzzjonali, gew stabiliti principji li ghandhom jigu segwiti minn Qorti biex tqis jekk huwiex minnu li r-rikorrent kellu ghad-dispozizzjoni tieghu rimedjualternativ effettiv. Fost dawn il-principji wiehed isib li (a) meta jidher car li jezistu mezzi ordinarji disponibbli ghar-rikorrent biex jikseb rimedju ghall-ilment tieghu, ir-rikorrent ghandu jirrikorri ghal tali mezzi qabel ma jirrikorri ghar-rimedju kostituzzjonali, u huwa biss wara li jkun fittex dawk il-mezzi jew wara li jidher li dawk il-mezzi ma jkunux effettivament disponibbli li ghandujintuza r-rimedju kostituzzjonali; (b) li d-diskrezzjoni li tuza l-Qorti biex tqis jekk ghandhiex twettaq is-setghat taghha li tisma' kawza ta' natura kostituzzjonali ghandha torbot, sakemm ma tingiebx xi raguni serja u gravi ta' illegalita', ingustizzja jew zball manifest fl-uzu taghha; (c) m'hemml-ebda kriterju stabilit minn qabel dwar l-uzu tal-imsemmija diskrezzjoni, billi kull kaz jehtieg jigi mistharreg fuq ic-cirkostanzi tieghu; (d) in-nuqqas wahdu ta' tehid ta' mezzi ordinarji mir-rikorrent m'huwiex raguni bizzejjed biex Qorti ta' xejra kostituzzjonali taqtaghha li ma tuzax is-setghat taghha li tisma' l-ilment, jekk jintwera li l-imsemmija mezzi ma kinux tajbin biex jaghtu rimedjushih lir-rikorrent ghall-ilment tieghu; (e) in-nuqqas ta' tehid ta' rimedju ordinarju - ukoll jekksata' kien ghal kollox effettiv biex jindirizza l-ilment tar-rikorrent - minhabba l-imgiba ta' haddiehor m'ghandux ikun raguni biex il-Qorti twarrab is-setghat taghha li tisma' l-ilment kostituzzjonali tar-rikorrent; (f) l-ezercizzju minn Qorti (tal-ewwel grad) tad-diskrezzjoni taghha bla ma tistharreg il-materja necessarja li fuqha tali diskrezzjoni ghandha titwettaq, jaghti lil Qorti tat-tienigrad is-setgha li twarrab dik id-diskrezzjoni; u (g) meta r-rimedju jaqa' fil-kompetenza ta' organuiehor jew meta s-smigh tal-ilment tar-rikorrent se' jwassal biex l-indagni gudizzjarja u l-processl-iehor tas-smigh tar-rimedju ordinarju jkunu duplikazzjoni ta' xulxin, il-Qorti kostituzzjonali ghandha ttendi lejn ir-rifjut li tuza s-setghat taghha kostituzzjonali, sakemm l-indagni gudizzjarja tal-kaz ma tkunx, min-natura taghha, ixxaqleb izjed lejn kwestjoni kostituzzjonali.

Id-diskrezzjoni li l-Qorti taghzel li tiehu jekk twettaqx jew le s-setghat taghha kostituzzjonali biex tisma' kawza ghandha tigi ezercitata bi prudenza, b'mod li fejn jidher li hemm jew sejjer ikun hemm ksur serju ta' drittijiet fondamentali, l-Qorti xxaqleb lejn it-twettiq ta' dawk is-setghat. Irid dejjem jitqies li din id-diskrezzjoni ghandha dejjem tigi wzata fl-ahjar amministrazzjoni tal-gustizzja u tohloq bilanc biex, mill-banda l-wahda, twaqqaf lil min jipprova jabbuza mill-process kostituzzjonali,u mil-banda l-ohra zzomm milli jigi mahluq xkiel bla bzonn lil min genwinament ifittex rimedju kostituzzjonali.

Il-Qorti ssib li m'ghandhiex tieqaf milli tezercita s-setghat taghha. Il-Qorti tqis li l-qofol tal-kwestjoni legali mqanqla f'din il-kawza - jigifieri, l-kwestjoni ta' ksur ta' jedd fundamentali dwar it-tgawdija pacifika tal-gid tal-persuna - ma jistghu jkunu mistharrga quddiem l-ebda Qorti ohra jekk mhux din. Fil-fehma tal-Qorti, uhud mill-aspetti ta' dritt imqanqlin fir-rikors promotur kienu tabilfors jehtiegu li wiehed idur lejn din il-Qorti ghall-istharrig u d-definizzjoni taghhom.

Ghaldaqstant, din il-Qorti hija tal-fehma li, fid-dawl tal-fatti kollha tal-kaz,tal-konsiderazzjonijiet legali maghmula u tas-sottomissjonijiet mismugha, ghandha tibqa' tisma' l-kawza u taqtaghha.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info