Referenza: 3384/1996/2

Dettalji tas-Sentenza


Data
12/12/2001
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
PACE RAYMOND C.
Partijiet
MEATLAND CO. LTD. ET vs MICALLEF SAVIOUR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
SOCJETA` KUMMERCJALI, AZZJONIJIET OPPRESSIVI, INGUSTI U DISKRIMINATORJI - SOCJETA` KUMMERCJALI, DERIVATIVE ACTION - SOCJETA` KUMMERCJALI, PERSONALITA` GURIDIKA DISTINTA
Fil-Qosor
Skond il-ligi kummercjali taghna, ma hemmx dubju li s-socjetajiet kummercjali regolarment kostitwitijikkostitwixxu personalita' legali diversa mill-personalita' individwali tal-membri li jikkomponuha; u ghalhekk, meta dawn is-socjetajiet jimpjegaw xi persuni maghhom, ikun huma stess, bhala aventi din il-personalita' guridika diversa li jkunu l-principal, u mhux il-membri li jikkomponuhom.

L-azzjonist li ghandu sehem mill-kumpannija m'ghandux proprjeta' fl-assi tas-socjeta' ghaliex dawnjibqghu proprjeta' taghha in vista tal-personalita' guridika differenti taghha. L-azzjonisti individwali mhumiex partijiet f'azzjoni gudizzjarja istitwita minn, jew kontra s-socjeta', u tali azzjoni trid tigi istitwita minn jew kontra s-socjeta' mill-persuna jew persuni li ghandhom ir-rappresentanzaguridika u dan bhala regola in generali li minnha hemm biss devjazzjoni f'istanzi specjali.

Dan ma jfissirx li l-membru jew azzjonista tal-istess socjeta' ma ghandux rimedji stante li hemm diversi kazi fejn ikun hemm dak li jissejjah bhala 'the lifting of the corporate veil', u anke derivative claims taht il-ligi Ingliza, fejn membru jkun jista' jagixxi anke sabiex jipprotegi l-interessi tieghu taht l-istess socjeta' u anke sabiex jipprotegi id-drittijiet tal-istess socjeta', inkluz ghall-protezzjoni tad-drittijiet tal-azzjonisti minoritarji, u fil-fatt tali kazi huma illum ormai rikonoxxuti mhux biss gudizzjarjament izda wkoll b'legislazzjoni ad hoc bl-artikolu 402 tal-Att XXV tal-1995.

Azzjoni ghar-rizarciment ta` danni sofferti minn socjeta` kummercjali ma jaqghux taht il-parametri tal-Artikolu 402 tal-Att XXV tal-1995. Hija biss is-socjeta` li tkun soffriet id-dannu li jkollha locus standi biex tagixxi ghal tali rizarciment.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni