Reference: 592/1997/1

Judgement Details


Date
30/11/2001
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Parties
FRENDO ANTHONY vs AVUKAT GENERALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, DRITT TA` ACCESS GHAL-TRIBUNAL GUDIZZJARJU JEW KWAZI-GUDIZZJARJU - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, IMPOSIZZJONI TA` TAXXA
Summary
L-impozizzjoni u l-hlas tat-taxxa mill-Istat hija essenzjalment oneru purament fiskali. Konsegwentement huma obbligi li ma kellhomx jigu kwalifikati bhala "civil rights and obligations", inkwantu dawnkienu meqjusa bhala materja ta' dritt pubbliku.

Il-garanziji kostituzzjonali ghal smiegh xieraq ma kienux allura japplikaw fir-rigward ta' l-agir ta' l-Istat biex jimponi u jesigi t-taxxi. Mill-banda l-ohra fl-ezercizzju tad-dritt sovran li jimponi t-taxxi u jezigi l-hlas taghhom l-istat kellu josserva l-harsien ta' jeddijiet ohra, fosthom ukoll uhud protetti bil-Kostituzzjoni u bil-Konvenzjoni, inkluz dak li jkun hemm bazi legali ghalihom, li ma jkunx hemm diskriminazzjoni u li jkunu utilizzati ghall-iskop li ghalih l-Istat ikun inghata l-poter li jezigihom.

Minn dan tohrog necessarjament il-konkluzzjoni illi ma jfissirx illi in materja ta' tassazzjoni, il-gurisdizzjoni tal-Qorti li tissindika l-operat ta' l-Istat hi kompletament ezawtorata. Dan ghaliex hemm materji ohra li jirrigwardaw anke l-jeddijiet fondamentali apparti l-jedd ta' smiegh xieraq illi kien jinkombi fuql-Istat li josserva l-harsien taghhom u li kellhom allura jkunu gustament soggetti ghall-verifika minn din il-Qorti.

Filwaqt illi l-Qrati ma kellhomx dritt li jissindikaw, bhala regola, l-impozizzjoni ta' taxxi u l-mod kif dawn jigu ezatti mic-cittadin, sakemm dawn ikunu regolati b'ligi, danma jfissirx li cittadin ma kellux l-jedd illi jkollu l-mezz ta' verifika biex jassigura illi dik il-ligi tkun giet, fil-konfront tieghu, sewwa applikata.

L-Att dwar it-Taxxa fuq il-Valur Mizjud, tipprovdi fiha nfisha l-mekkanizmu kif jigi assigurat illi l-Kummissarju tal-Vat ikun jamministral-ligi fil-konfront tac-cittadin korrettement. Dan propju biex jigi assikurat illi c-cittadin ihallas dak li kien minnu dovut u xejn aktar. L-Att allura jipprovdi kemm ghad-dritt ta' appell quddiem il-Bord ta' l-Appelli, kif ukoll f'certi kazijiet, ghad-dritt ta' appell quddiem l-Onorabbli Qorti ta' l-Appell.

M'ghandu jkun hemm l-ebda dubju illi dawn id-disposizzjonijiet joholqu favur, kemm il-kontribwent kif ukoll il-Kummissarju tat-Taxxi tal-Valur Mizjud, il-jedd ta' access ghal Tribunal kwazi gudizzjarju u gudizzjarju biex jigi stabbilit jekk il-Ligi li kienet taghti d-dritt lill-Kummissarju li jimponi u jesigi t-taxxa, kienetx sewwa minnu mharsa. Dan id-dritt ta' access ghall-organi li jamministraw il-gustizzja huwa dritt privat tac-cittadin daqs kemm hu dritt tal-Kummissarju uma jista' jkun hemm l-ebda dubju li fir-rigward tal-kondotta ta' dawn il-processi kienu u kellhom ikunu applikabbli l-garanziji kollha ghal smiegh xieraq skond kif stabbilit fl-art. 39 tal-Kostituzzjoni u fl-art. 6 (1) tal-Konvenzjoni.

L-Istat allura seta' ma kellux l-obbligu li bilfors jipprovdi dawn il-mezzi ta' kontroll fuq l-operat ta' l-amministrazzjoni tal-ligi tat-taxxa bil-holqienta' dawn l-istrutturi u bl-ghoti ta' dan il-jedd ta' access ghal Tribunali bil-gurisdizzjoni li jindagaw u jiggudikaw il-materji mhollija fil-kompetenza taghhom, pero' una volta ghazel li hekk jaghmel, kellu necessarjament jassoggetta ruhu ghal-ligi u, tramite l-applikazzjoni tar-regoli u principjita' smiegh xieraq, jassigura l-amministrazzjoni tal-gustizzja anke f'materja ta' tassazzjoni.

L-Art. 4 tas-Sitt Skeda ta' l-Att Nru. XII ta' l-1994 tipprovdi, inter alia, illi (1) appell kontrastima quddiem il-Bord tal-Appelli dwar it-Taxxa fuq il-Valur Mizjud ma jkunx validu kemm-il darba ma jkunx thallas anqas minn 25% tat-taxxa li jkun hemm kwistjoni dwarha skond dak l-appell.

In-nuqqas ta' depozitu skond din id-dispozizzjoni tirrendi l-appell mhux validu, u allura tichad l-access ghall-amministrazzjoni tal-gustizzja propju minhabba c-cirkostanza illi min jixtieq jappella skond dritt lilu moghti mil-Ligi biex jikkontesta l-hlas ta' taxxa fuqu imposta, ikun qieghed jigi mcahhad minn dak id-dritt proprju ghaliex ma jhallasx parti sostanzjali minn dak li l-istess ligi taghtih il-jedd li jikkontesta. Proposta f'dawn it-termini d-disposizzjoni tidher li hi inikwa u anti guridika. Hi disposizzjoni li mhux biss tpoggi lill-Kummissarju f'posizzjoni ta' vantagg indebitu fil-konfront tal-kontro-parti, li huwa l-kontribwent fil-process gudizzjarju jew kwazi gudizzjarju, imma wkoll tirrestringi u tichad indebitament l-access ghat-Tribunal lil dawk li ma kienux f'posizzjoni lijhallsu parti sostanzjali minn taxxa li huma jikkontestaw u li kellhom bil-ligi l-jedd li jikkontestaw, u tirrizerva dak id-dritt biss favur min seta' jhallas. Dana meta kien aktar minn car illi d-Dipartiment tat-Taxxi fuq il-Valur Mizjud kellu ghad-dispozizzjoni tieghu mezzi ohra biex jassigura lisewwa jikkawtela ruhu ghall-hlas ta' dak li kien gustament lilu dovut anke pendenti l-procedura ta'kontestazzjoni ta' l-istimi. Id-depozitu rikjest fl-art. 4 tas-Sitt Skeda ta' l-istess Att kien impost bhala kondizzjoni ghall-validita' ta' l-appell u mhux bhala xi forma ta' garanzija ghall-ispejjez ta' dak il-process.

Una volta l-ligi kienet ipprovdiet id-dritt ta' access ghal Tribunal biex jigi verifikat l-operat amministrattiv fil-konfront tieghu, tali dritt kellu jkun accessibbli b'mod uniformi ghal kulhadd b'mod ragonevoli u non diskriminatorju. Hu risaput illi l-art. 6 (1) tal-Konvenzjoni Ewropeja u l-art. 39 tal-Kostituzzjoni ma kienux jesigu necessarjament l-ghoti ta' dritt ta' appell f'kull cirkostanza, pero' una volta tali dritt jinghata, ir-regoli ta' smiegh xieraq, inkluz allura l-accessibilita' ghat-Tribunal, kellhom jiggvernaw il-process fi stadju ta' appell. Dan sal-punt illi kellu wkoll jigi assigurat illi l-individwu jkollu l-opportunita' ta' difiza shiha anketramite assistenza regolari u opportuna, fejn dan huwa applikabbli.

Il-jedd ta' access, metamoghti, ma kellux ikun pregudikat b'restrizzjonijiet finanzjarji eccessivi li in effetti jichdu danid-dritt jew jillimitawh b'mod inaccettabbli f'socjeta' demokratika.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info