Reference: 2137/1997/1

Judgement Details


Date
29/11/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
BUGEJA CARMEN ET vs TANTI JOHN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
AZJENDA KUMMERCJALI, LOKAZZJONI TA` - LOKAZZJONI, AZJENDA KUMMERCJALI - LOKAZZJONI, BARE PREMISES - LOKAZZJONI, HANUT
Summary
F'Malta, l-azjenda kummercjali ghad li ma ircevietx rikonoxximent legislattiv pero' irceviet rikonoxximent definitiv fl-uzu kummercjali Malti u anke fil-gurisprudenza nostrali.

L-azjenda kummercjali m'ghandhiex awtonomija guridika, la bhala soggett u lanqas bhala oggett tad-dritt, hija biss 'universalita' di fatto' kostitwita mill-volonta' tal-propjetarju taghha; u mill-istess volonta' jiddependi l-kontenut taghha b'mod li l-proprjetarju jista' jiddisponi minnha fit-totalita' taghha jew f'parti, billi jaqsamha f'kemm partijiet jghogbu u ghalhekk wiehed dejjem ghandu jara x'kienet il-volonta' tal-kontraenti biex jistabbilixxi liema huma l-elementi li dahlu jew gew komprizi f'dak in-negozju.

Id-distinzjoni bejn kera ta` azjenda kummercjali u kera ta` dak li komunement jissejjah"bare premises" ghandha relevanza bhala wiehed mill-fatturi biex jigu determinati (a) jekk il-kerataqax taht il-ligijiet specjali tal-kera u (b) il-kompetenza tal-Qorti. Kirja ta` azjenda kummercjali hija regolata dejjem mid-disposozzjonijiet tal-Kodici Civili u l-Qrati ordinarji huma kompetenti biex jiddeterminaw kwistjonijiet dwar tali kirjiet.

Huwa veru li d-distinzjoni bazilari bejn dawn iz-zewg tipi ta` kirjiet hija jekk il-partijiet ftehmux dwar lokazzjoni ta' bare premises jew ta' neogzju avvjat (business concern), izda din id-distinzjoni ma hijiex ghal kollox korretta tenut kont li abbazi tal-Kap 69 id-definizzjoni ta' 'hanut' teskludi l-kuncett ta' 'bare' jew gheri tal-fondimmobbiljari lokat tant li l-istess definizzjoni tinkludi "fond mikri principalment ghall-bejgh ta'oggetti jew merkanzija u fond b'licenzja ghall-bejgh ta' mbejjed u spiriti jew hwejjeg tal-ikel jewta' xorb."

Id-distinzjoni li trid issir sabiex jigi stabbilit jekk il-lokazzjoni tal-konvenut kienitx sempliciment ta' hanut jew ta' l-avvjament tal-hanut hija bbazata fuq "id-distinzjoni li jaghmel negozjant bejn li jibda huwa, negozju f'hanut, f'fabbrika, jew stabbiliment, u li huwa jkompli f'negozju, ghaddej jew miexi - jigifieri diga' avvjat - f'hanut, f'fabbrika jew stabbiliment. L-espressjoni Ingliza 'a going concern' hija indikattiva ta' l-istess kuncett.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info