Referenza: 20/2007

Dettalji tas-Sentenza


Data
02/04/2009
Qorti
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Ġudikatura
MICALLEF JOSEPH R.
Partijiet
DECELIS MARIANNE PEN vs AVUKAT GENERALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ARTIKOLU 13 TAL KONVENZJONI TAD DRITTIJIET FUNDAMENTALI TAL BNIEDEM - ARTIKOLU 6 TAL KONVENZJONI TAD DRITTIJIET FUNDAMENTALI TAL BNIEDEM - ARTIKOLU 8 TAL KONVENZJONI TAD DRITTIJIET FUNDAMENTALI TAL BNIEDEM - DRITT GHAT TGAWDIJA TAL ULIED MILL GENITURI TAGHHOM - IL BORD KONSULTATTIV DWAR IT TFAL U Z ZGHAZAGH - KURA U KUSTODJA EFFETTIVI TAL MINURI - ORDNI TAL HARSIN TAL ULIED - SMIGH XIERAQ
Fil-Qosor
Meta jinhareg ordni ghall-harsien, il-kura u l-kustodja effettivi tal-minuri li dwaru jsir dak l-ordni jghaddu ghand il-Ministru. B'dan il-mod, il-genitur li minghandu jkun tnehha l-minuri bis-sahhata' dak l-ordni ma jkollux izjed is-setgha li jidher ghalih, u wisq anqas li jiftah kawzi f'isem dakil-minuri.

L-artikolu 8 tal-Konvenzjoni jghid li kulhadd ghandu d-dritt ghar-rispett tal-hajja privata tieghu u tal-familja tieghu, ta' daru u tal-korrispondenza tieghu. M'ghandux ikun hemmindhil minn awtorita' pubblika dwar l-ezercizzju ta' dan id-dritt hlief dak li jkun skond il-ligi uli jkun mehtieg f'socjeta' demokratika fl-interessi tas-sigurta' nazzjonali, sigurta' pubblika jew il-gid ekonomiku tal-pajjiz, biex jigi evitat id-dizordni jew l-ghemil ta' delitti, ghall-protezzjonitas-sahha jew tal-morali, jew ghall-protezzjoni tad-drittijiet u libertajiet ta' haddiehor.

It-tgawdija tal-ulied mill-genituri taghhom u ta' dawn minn uliedhom hija element ewlieni u fundamentali tal-hajja tal-familja. It-tnehhija tal-ulied minn mal-genituri taghhom ma ttemmx ir-rabtiet naturali tal-familja, imma tista' titqies bhala ndhil fid-dritt jew ir-rispett tal-hajja tal-familja ta' persuna. Biex indhil bhal dak ma jgibx ksur tal-jedd ta' dik il-persuna taht l-artikolu 8 tal-Konvenzjoni, t-tnehhija trid tkun saret “skond il-ligi” u tkun “mehtiega f'socjeta' demokratika” biexjitharsu wiehed jew aktar mill-ghanijiet li ghalih il-Konvenzjoni tippermetti li jsehh indhil bhal dak. Biex indhil bhal dak ikun “skond il-ligi”, jehtieg mhux biss li jsir taht is-sahha ta' xi ligili tkun fis-sehh, imma wkoll li t-twettiq ta' kull ghamil ma jkunx jiddependi minn diskrezzjoni blarazan jew uzata b'mod li hadd ma jista' jobsru. Sabiex mizura ta' ndhil tkun titqies bhala wahda “mehtiega f'socjeta' demokratika”, jrid jintwera li kienet wahda mnissla minn htiega urgenti socjali litkun proporzjonali mal-ghan mixtieq u prevedibbli fit-thaddim taghha biex taghti c-“certezza” tad-dritt.

L-artikolu 8 tal-Konvenzjoni jitkellem dwar ir-“rispett” li l-Istat ghandu juri ghall-jeddijiet imsemmija f'dak l-artikolu. Dan tfisser bhala obbligazzjoni passiva fuq l-Istat biex majindahalx bla bzonn jew b'mod eccessiv f'dawk il-jeddijiet, bil-konsegwenza li mhux kull indhil huwaprojbit sakemm ikun joqghod mal-ghanijiet mahsuba fl-artikolu 8(2) tal-Konvenzjoni u jkun indhil maghmul b'mod proporzjonat ma' dawk l-ghanijiet.

Fil-kaz ta' ordni ghall-harsien, “the taking of a child into care should normally be regarded as a temporary measure to be discontinued as soon ascircumstances permit, and any measure of implementation of temporary care should be consistent withthe ultimate aim of reuniting the natural parent and the child. In this regard, a fair balance hasto be struck between the interests of the child in remaining in public care and those of the parentin being reunited with the child. In carrying out this balancing exercise, the Court will attach particular importance to the best interests of the child, which, depending on their nature and seriousness, may override those of the parent. In particular, the parent cannot be entitled under Article8 to have such measures taken as would harm the child's health and development. ... The question whether the deprivation of the applicant's parental rights and access was justified must be assessedin the light of the circumstances obtaining at the time when the decisions were taken and not with the benefit of hindsight”.

L-ordni mahrug minn din il-Qorti dwar l-ahwa Decelis inhareg fl-interess wahdieni taghhom wara li t-tfal instabu f'qaghda ta' sahha li xejn ma kienet ta' gid ghalihom. L-ordni ma nghatax bil-hsieb li jcahhad b'vendikazzjoni jew mibeghda lir-rikorrenti mill-kuntattma' wliedha. L-ordni ghall-harsien mahrug dwar ulied ir-rikorrenti u z-zamma tieghu fis-sehh, minkejja li huwa ndhil fil-hajja familjari tar-rikorrenti, huwa wiehed li jezisti bis-sahha ta' ligi u kien mehtieg ghal wiehed mill-ghanijiet tajbin (fl-interess tal-minuri nfushom) li jippermettu li jsirdak l-indhil. Il-hidma u l-assessment li qeghdin iwettqu s-social workers imqabbdin biex isegwu lil ulied ir-rikorrenti mhux qeghdin isiru b'mod abbusiv jew lil hinn minn dak li trid il-ligi, u l-Bord Konsultattiv ghat-Tfal u z-Zghazagh mhux qieghed ifarfar mill-funzjonijiet tieghu jew qieghed iwettaqhom bla kont. Il-Qorti ma ssibx li r-rikorrenti wriet li hija tassew garrbet jew qieghda ggarrabksur tal-jedd taghha taht l-artikolu 8 tal-Konvenzjoni.

L-artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni jghid li fid-decizjoni tad-drittijiet civili u tal-obbligi tieghu jew ta' xi akkuza kontrih, kulhadd huwa intitolat ghal smigh imparzjali u pubbliku fi zmien ragonevoli minn tribunal indipendenti u imparzjali mwaqqaf b'ligi. B'dan wiehed jifhem li t-tharis ta' dan il-jedd jiddependi hafna minn jekk dak li jkun ikollux rimedju ta' access ghal qorti li tikkwalifika bhala wahda indipendenti uimparzjali.

Huwa mizmum li l-jedd ta' access ghal qorti dwar drittijiet civili jew dwar obbligi huwa marbut mal-ezistenza ta' “dritt civili tutelabbli”, kif dan il-kuncett huwa mifhum fil-qafastal-ligi domestika li fiha jrid jithares. L-aspetti ta' kura u kustodja tal-ulied u, marbuta ma' dawn, il-jedd ta' access ghalihom, huma drittijiet civili li jnisslu wkoll obbligi korrispondenti. Mela, fil-fehma tal-Qorti, kwestjonijiet li jirrigwardaw it-tnehhija tal-kustodja u wkoll - kif jista' jigri taht ordni ghall-harsien ta' minuri - t-tnehhija jew tnaqqis ta' access mill-genitur ghal uliedu, huma kwestjonijiet dwar drittijiet li ghad-determinazzjoni taghhom jehtieg li jkun hemm accessghal qorti jew tribunal indipendenti u imparzjali mwaqqaf b'ligi.

Il-jedd ta' access lil qorti indipendenti u imparzjali ghall-finijiet tal-artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni huwa jedd li jiggarantixxi s-smigh xieraq u bil-miftuh bla bizgha li min qieghed jiddeciedi jkun qieghed jaghmel dan ghal xi ghan iehor hlief li jara li jsir il-haqq. Sakemm dan l-access ma jinghatax fejn tidhol id-determinazzjoni tal-jeddijiet civili partikolari jew tar-responsabbiltajiet marbutin maghhom, il-vot tal-artikolu 6 tal-Konvenzjoni jkun nieqes. Il-jedd ta' access ghal qorti m'huwiex wiehed assolut, u ghandu jinftiehem biss bhala garanzija effettiva fil-qafas tal-jedd ghal smigh xieraq.

Minn dakli johrog mill-ezami tal-qaghda taht il-ligi Maltija, jirrizulta li m'huwiex moghti lil persuna bhar-rikorrenti rimedju ta' access lil qorti biex kwestjonijiet marbutin mal-jeddijiet tal-genitur dwarulied li jkunu tqieghdu taht ordni ghall-harsien jistghu jitqajmu u jintgharblu quddiemha. Il-makkinarju mfassal mil-legislatur, sallum, huwa wiehed ghal kollox intern. Il-Bord Konsultattiv dwar it-Tfal u z-Zghazagh mahtur bl-artikolu 11 tal-Kap 285 huwa biss wiehed li jaghti pariri lill-Ministruu huwa mahtur minnu u jdum jezisti sakemm joghgbu l-Ministru u jahdem taht il-kundizzjonijiet li l-istess Ministru jidhirlu xierqa li jimponilu. Bl-ebda mod ma jista' jinghad li jikkostitwixxi tribunal imparzjali jew indipendenti u lanqas biss ghandu s-setgha li “jiddetermina” kwestjoni li titressaq quddiemu. Fuq kollox, il-fehmiet u l-pariri tieghu ma jorbtu qatt lill-Ministru li lilu dawk il-fehmiet jew pariri jitwasslu, ghalkemm wiehed jifhem li jridu jkunu ragunijiet tassew qawwija biex Ministru jaghzel li jwarrab parir jew fehma moghtija minn esperti.

L-artikolu 13 tal-Konvenzjoni jrid li kull min ikollu miksura d-drittijiet u l-libertajiet tieghu mharsa taht l-istess Konvenzjoni ghandu jkollu rimedju effettiv quddiem awtorita' nazzjonali, minkejja li l-ksur ikun sar minn persuni li jkunu qed jagixxu f'kariga ufficjali. Dan l-artikolu gie mfisser bhala wiehed awtonomu immata' ghamla sussidjarja tant li “while a breach of Article 13 does not depend on establishing a breach of another article, what the obligations of the State are under Article 13 can be established onlyby taking the exact nature of each Convention claim into consideration. ... The most effective co-operation is the incorporation of the terms of the Convention into national law but Article 13 hasnot been read to impose an obligation to do this on contracting States”.

L-imsemmi artikolu jaghraf zewg elementi: dak tar-rimedju effettiv u dak li r-rimedju jista' jittiehed minn awtorita' nazzjonali minn kull min imqar jippretendi li xi jedd fondamentali tieghu safa mkasbar jew imnaqqas. Biex Qorti tqis talba dwar ksur tal-artikolu 13, m'huwiex mehtieg li l-persuna turi li fil-fatt garrbet ksur ta' jedd konvenzjonali iehor, izda bizzejjed li tallega tali ksur. Daqstant iehor, huwa stabilit li l-ghan ta' azzjoni msejsa fuq l-artikolu 13 m'huwiex dak li jiggarantixxi li l-awtorita' nazzjonali li taghti r-rimedju effettiv tasal biex tiddeciedi sewwa skond il-Konvenzjoni, imma dak lijaccerta jekk l-allegat nuqqas ta' rimedju effettiv iwassalx ghal ksur tal-Konvenzjoni. B'dan il-mod, l-artikolu 13 m'huwiex mahsub li jaghti garanzija kontra kull illegalita' f'ordinament guridiku nazzjonali partikolari, imma li jqis biss illegalitajiet marbutin ma' jeddijiet imhaddna fil-Konvenzjoni u li dwarhom jitressaq “an arguable claim”.

L-inkorporazzjoni tal-Konvenzjoni bhala partimil-ligi tal-pajjiz titqies bhala twettiq tal-aspett sostantiv tar-rimedju effettiv, l-izjed jekk id-dispozizzjonijiet konvenzjonali jinghataw gharfien ewlieni u applikazzjoni rigoruza fl-ordinament guridiku li jkun. Min-naha l-ohra, jekk l-awtorita' li tista' taghti tali rimedju thaddan indipendenza bizzejjed mill-awtorita' jew persuna allegatament responsabbli mill-ksur tal-jedd fondamentali, ikun qieghed jithares l-aspett istituzzjonali tal-effettivita'. Biex imbaghad ir-rimedju jitqies effettiv, ikun bizzejjed li l-ilment tal-persuna jista' jigi mismugh mill-awtorita' li tkun u li hija jkollha s-setgha li taghti r-rimedju jekk taqbel mal-ilment (mhux li bilfors trid taghti decizjoni favorevoli lill-persuna). Fl-ahharnett, ir-rimedju jrid ikun disponibbli lill-persuna, biex b'hekk jitqies milhuq il-kriterju ta' rimedju materjali.

Din il-Qorti taqta' u tiddeciedi l-kawza billi: tiddikjara li r-rikorrenti ma kellha l-ebda jedd li tressaq din il-kawza f'isem uliedha, imma bissf'isimha; tiddikjara li r-rikorrenti qieghda ggarrab ksur tal-jeddijiet taghha taht l-artikoli 6(1)u 13 tal-Konvenzjoni, imma ma jirrizultax li hija garrbet jew qieghda ggarrab ksur tal-jedd taghhataht l-artikolu 8 tal-Konvenzjoni; tiddikjara li safejn il-ligi rigwardanti l-hrug tal-ordnijiet ghall-harsien dwar il-minuri - l-Att XVIII tal-1980 (Kapitolu 285 tal-Ligijiet ta' Malta), kif emendat- ma jaghtix lil parti interessata d-dritt ta' access ghal qorti indipendenti u imparzjali ghad-determinazzjoni tas-siwi jew ghat-thassir ta' ordni bhal dak, dak in-nuqqas jikkostitwixxi ksur tal-jeddimhares bl-artikolu 6(1) u l-artikolu 13 tal-Konvenzjoni; tordna lir-Registratur sabiex, ghall-finijiet u effetti kollha tal-artikolu 242 tal-Kapitolu 12 tal-Ligijiet ta' Malta, jibghat kopja ta' dinis-sentenza lil-iSpeaker tal-Kamra tar-Rapprezentanti hekk kif din is-sentenza ssir gudikat; u tordna li, ghall-finijiet tal-artikolu 223(3) tal-imsemmi Kap 12 minhabba c-cirkostanzi tal-kaz u n-natura tal-kwestjonijiet mistharrga, l-ispejjez tal-kawza jibqghu minghajr taxxa bejn il-partijiet.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni